L-avjazzjoni: 3,200 persuna impjegati f'dan is-settur u aktar minn 2.5% kontribuzzjoni għall-ekonomija

  • Apr 20, 2019 00:17
  • Miktub minn iNews
"

    “Għalhekk se ngħolli l-miri favur aktar benefiċċji” - Il-Ministru Ian Borg

    "L-industrija tal-avjazzjoni qed tagħtina ħafna suċċessi – biżżejjed ngħid li għandna aktar minn 3,200 persuna impjegati f'dan is-settur u l-istess industrija qed tikkontribwixxi 2.5% fil-Prodott Gross Domestiku ta' pajjiżna. Mela filwaqt li kuntent b'dawn il-figuri, irrid inħares ‘il quddiem għal aktar suċċessi. Irridu nagħmlu miri ġodda biex inkomplu inwasslu aktar u aktar benefiċċji lil pajjiżna.”

    Stqarr dan il-Ministru responsabbli tal-Avjazzjoni, Ian Borg meta żar l-uffiċini ta’ Transport Malta fejn ippreżenta lill-kumpanija SmartLynx biċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tagħhom filwaqt li tkellem fuq id-diversi rwoli importanti li għandu d-Direttorat tal-Avjazzjoni fi ħdan Transport Malta.

    “315-il ajruplan, 35 Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC), 9 organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni tal-ajruplani u 7 organizzazzjonijiet għat-taħriġ u l-assessjar għall-manutenzjoni tal-ajruplani, 5 organizzazzjonijiet għat-taħriġ tal-cabin crew u 5 oħra għat-taħriġ tal-piloti. Fejn qatt ħolom pajjiżna b'dawn in-numri ħames snin ilu? Illum aktar minn irduppjajna l-ammont ta' ajruplani rreġistrati f'pajjiżna mill-2012, u bħala Ministru responsabbli tal-Avjazzjoni ser inkompli naħdem biex inkomplu nilħqu aktar u aktar riżultati f'dan is-settur,” tenna il-Ministru Borg.

    Huwa spjega kif dawn il-kisbiet huma grazzi għad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta, Awtorità li kienet, għadha u tibqa' taħdem qatigħ favur aktar riżultati fl-avjazzjoni. Huwa qal li għaddej ħafna xogħol fuq l-aspett tal-konnettività, waħda mill-aktar aspetti importanti għal pajjiż gżira b'ekonomija ta' gżira.

    "Illum qegħdin hawnhekk xhieda tal-ħidma sfiqa li għaddejja biex inkomplu nsaħħu l-konnettività tagħna. Illum qegħdin hawnhekk għax qed inkomplu naraw it-tkabbir fis-settur tal-avjazzjoni, settur ieħor pilastru tal-ekonomija. In-numri li semmejt huma l-kisbiet. Imma l-viżjoni tagħna timraħ aktar minn hekk. It-315-il ajruplan din is-sena rridu ndawwruhom f'400, il-35 AOC din is-sena rridu nwassluhom għal 40. Dan huwa l-pjan tagħna," qal il-Ministru Borg.

    Huwa fiehem kif riċentement, l-Awtorità laħqet numru ta' ftehimiet mal-Ġappun, il-Korea t'Isfel, il-Ghana u l-Kosta tal-Ivorju, u qal li dawn il-pajjiżi żdiedu ma' lista twila ta' pajjiżi oħra li huma kburin li għandhom ftehimiet ma' pajjiżna. Il-Ministru żied jgħid li bħalissa għaddejja wkoll ħidma favur ftehimiet anke mal-Amerika t'Isfel u t-tisħiħ ta' relazzjonijiet ma' diversi pajjiżi f'dan is-settur, fosthom il-Brażil.

    "Dan is-suċċess ma ġiex waħdu. Dawn ir-riżultati ġew għax għandna Direttorat fi ħdan Transport Malta iffukat fuq is-settur tal-avjazzjoni u Direttorat li qiegħed jaħdem ġurnata wara l-oħra biex jibni r-relazzjonijiet mal-operaturi, ma' pajjiżi oħra, biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet eżistenti. Għandna Awtorità li ħadmet biex illum Malta hija assoċjata ma' bandiera rinomata għas-servizz, l-effiċjenza, is-sigurtà u l-flessibilità. Għalhekk qed inkomplu niġbdu aktar investiment u interess. Qed inkomplu naħdmu favur aktar kisbiet li pajjiżna ma kienx ħolom bihom sa ftit snin ilu. Aħna qatt ma rqadna fuq is-suċċessi u wisq inqas m'aħna se nkunu qed nagħmlu hekk,” qal il-Ministru Borg, u żied jgħid li kważi ta' kull ġimgħa jingħata l-aħbar sabiħa li xi negozju jixtieq ibda jopera minn pajjiżna.

    "Fuq kollox dan huwa settur li joħloq impjiegi speċjalizzati, u għalhekk ukoll se nkomplu naħdmu biex inkabbru din l-industrija tal-avjazzjoni, favur aktar investiment, favur aktar konnettività u favur aktar impjiegi. Jiena nibqa' impenjat li nkompli nara aktar ħidma, aktar ftehimiet u aktar investiment ġej lejn pajjiżna," għalaq il-Ministru Borg filwaqt li irringrazzja lill-kumpanija SmartLynx tal-fiduċja fl-Awtorità u fid-Direttorat u rringrazzja lill-istess Awtorità u Direttorat tal-ħidma li jwettqu ta' kuljum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0