Il-President George Vella jistaqsi dwar is-sitwazzjoni diżastruża fil-Libja

  • Apr 20, 2019 09:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President tar-Repubblika  George Vella fi Tweet staqsa għaliex in-Nazzjonijiet Uniti  u l-Pajjiżi tal-Punent qegħdin jagħlqu għajnejhom għal din is-sitwazzjoni umanitarja diżastruża li qed tiżviluppa fil-Libja. Dr Vella enfasizza li dan in-nuqqas għad jaffettwana ħażin.

    Il-kunflitt fil-Libja, li issa ilu għaddej għal diversi jiem u mistenni jiħrax aktar, wassal biex kważi 30,000 persuna jispiċċaw bla saqaf. Iddikjara dan il-Kumitat dwar il-Jeddijiet tal-bniedem tal-Ġnus Magħquda dwar is-sitwazzjoni fl-inħawi tal-kapitali.

    Dan kumitat iddikjara li l-fatturi li qegħdin iġiegħlu lin-nies jabbandunaw iż-żoni milquta jinkludu l-ġlied kbir, il-bumbardamenti u l-attakki mill-ajru li wasslu biex inqatgħu s-servizzi tad-dawl u l-ilma.

    Minn naħa tagħha l-UNICEF u d-direttur ġenerali tal-Ġnus Magħquda ngħad li hemm kważi 2,000 tifel u tifla għandhom bżonn urġenti li jiġu evakwati miż-żoni milquta mill-ġlied qalil fil-Libja waqt li 7,300 tifel u tifla oħra diġà nħarġu minn djarhom minħabba l-vjolenza fil-pajjiż.

    Il-UNICEF żiedet tgħid li s’issa diġà ntlaqtu nofs miljun tifel u tifla fil-Punent tal-Libja. Wissew li l-għadd ta’ tfal f’riskju qiegħed kulma jmur ikompli jiżdied minħabba l-ġlied qalil fil-Libja, l-agħar fl-aħħar snin fi Tripli u l-madwar.

    Sadanittant l-għadd ta’ mwiet laħaq il-240, foshtom 75 tifel u tifla u 42 mara. Magħhom indarbu gravi elf u erba’ mija fosthom tliet mija taħt l-età.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0