Il-firem fuq il-proxy forms “iffalsifikati” sigħat wara l-aħħar deadline

  • Apr 23, 2019 17:53
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas wieħed mid-disa' voti Proxy li kienu s-suġġett ta’ kontroversja matul l-aħħar elezzjoni għall-Kummissarju Edukattiv fi ħdan il-Kunsill Studenti tal-Universitarji iktar kmieni il-ġimgħa li għaddiet, kienu ffalsifikati minn membru eżekuttiv tal-imsemmi KSU, siegħat wara li għaddiet l-aħħar deadline li fiha kellhom jingħataw dawn il-formoli. 

    Dan jista jiżvelah dan is-sit, wara li għandu fil-pussess tiegħu numru ta’ screenshots bejn membru preżenti tal-Eżekuttiv tal-KSU, kif ukoll wieħed mir-rappreżentanti tal-istudenti li kellhom jivvutaw fl-elezzjoni għal-Kummisarju Edukattiv il-ġdid. F’messaġġi li ntbagħtu bejn dawn iż-żewġ membri, jidher biċ-ċar kif ir-rappreżentanta studenteska, li għal xi raġuni ma setgħetx tattendi din il-laqgħa, tat permess lill-membru tal-Eżekuttiv biex jimla l-proxy form f’isimha, waqt li b’mod konsapevoli tiffalsifika l-firma tagħha.

    Dawn il-messaġġi ntbagħtu it-Tnejn waranofsinhar, ftit siegħat qabel kienet skedata il-laqgħa tal-Kunsill Edukattiv, fejn fost l-oħrajn kellha sseħħ l-elezzjoni għall-Kummissarju Edukattiv. Din kienet b’mod ċar ksur tar-regoli stipulati mill-istatut tal-KSU, hekk kif din tgħid: Dawn il-proxy forms għandhom jkunu f’idejn il-Kummissarju Edukattiv għallinqas 24 siegħa qabel il-bidu tal-laqgħa.” Madanakollu, fl-ebda ħin matul din il-konversazzjoni ma ssemmiet din il-ħin ta’ skadenza, la mir-rappreżentant studenteski, u lanqas mill-membru tal-Eżekuttiv, minkejja li kull min kien involut żgur numru rċieva numru ta’ ittri elettroniċi li kienu jsostnu dan il-fatt.

    Dan il-proxy vote in kwistjoni huwa biss wieħed minn disa li kienu rrifjutati mill-Kummissarju Edukattiv Jean Claude Scicluna, qabel il-bidu tal-laqgħa ta’ nhar it-Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet. F’kuntatt ma’ dan is-sit, Scicluna ilmenta wkoll kontra l-mod kif il-Bord tad-Dixxiplina kien imsejjaħ, minħabba li dan seħħ “f’temp ta’ ftit minuti, u mhix erbgħa u għoxrin siegħa qabel, kif stipulat għal darba oħra fl-istatut.”

    “Biex tkompli taggrava s-sitwazzjoni, hija tad-daħq il-fatt li waħda mill-membri tal-Bord tad-Dixxiplina preżenti, li hija wkoll il-President attwali tal-KSU, għandha l-firem tagħha fuq waħda minn dawn il-formoli in kwistjoni, li fuqha hi, u sħabha tal-Bord tad-Dixxiplina, kellha tiddeċiedi fuqhom b’mod imparzjali. Jekk dan mhux kunflitt ta’ interess, ma nafx x’taqa taħt id-definizzjoni tat-terminu. Huwa apparenti għal kulħadd li hemm in-nuqqasijiet, barra ironikament għall-imsemmi Bord tad-Dixxiplina.”

    Matul dawn l-aħħar ġranet, dan il-ġurnal ppruva għamel kuntatt ma’ Carla Galea u membri oħra tal-Bord tad-Dixxiplina, mingħajr suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0