€3.5 miljun f'cable ieħor bejn Malta u Għawdex

  • Apr 24, 2019 18:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gvern qed jinvesti €3.5 miljun f''fibre cable' ieħor bejn Malta u Għawdex intiż biex isaħħaħ il-konnettivita bejn iż-żewġ gżejjer.

    Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li f'Għawdex nieda dan il-proġett li se jsir mill-kumpanija Elettra Tlc spa li hija sussidjarja tal-kumpanija magħrufa Franċiża tat-telekomunikazzjoni Orange.

    L-għan ewlieni tal-proġett huwa li jsir 'cable' ieħor bejn iż-żewġ gżejjer biex jassigura li jekk issir ħsara lil dak preżenti Għawdex ma jispiċċaw bla sistema tal-internet.

    It-tender kien inħareġ f'Diċembru 2017 u sa Marzu 2018, meta għalaq il-perjodu li fih il-kumpaniji setgħu jitfgħu t-tender, minbarra l-Elettra kienet tefgħet l-offerta l-Huawei.

    Waqt li l-kumpanija Ċiniża offriet €3.75 miljun, dik Franċiża tefgħet offerta ta' €3.99 miljun u ġiet magħżulha hi. Il-Huawei tilfet tanke l-appell li għamlet fuq dan it-tender.

    Muscat spjega kif matul l-aħħar snin l-ekonomija ta' Għawdex ħadet spinta 'l quddiem tant li żdiedu n-negozji u kien hemm bosta li kienu diġa hemm li kibru u magħhom żdiedu l-impjiegi kemm tal-Għawdxin kif ukoll tal-barranin.

    Huwa spjega kif il-Gvern qed jippjana li jġib aktar investiment lejn il-gżira Għawdxija madankollu għamilha ċara li t-tieni 'fibre optic' kien essenzjali biex mhux biss iserraħ ras in-negozji li diġa joperaw mill-gżira imma biex din tattira oħrajn ġodda.

    Muscat semma kif flimkien mal-mina bejn iż-żewġ gżejjer dan il-proġett se jgħin biex aktar Għawdxin jibqgħu jaħdmu u jgħixu fi gżirithom u jonqsu l-inkonvenjenti li jeżistu bħalissa minħabba l-problemi bil-konnettivita.

    Didier Dillard, il-President u l-Kap Eżekuttiv tal-Elettra, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-kumpanija ntagħżlet biex tpoġġi l-'fibre optic' bejn Malta u Għawdex.

    Huwa spjega kif fil-proġett hemm involuti l-kumpaniji lokali Joseph Calleja & Sons Limited, Asfaltar u Nexans.

    Dillard semma kif l-istudju dwar ir-rotta sar fil-bidu tax-xahar u waqt li rrimarka kif il-'cable' diġa ġie ordnat qal li fi ftit tax-xhur oħra jasal wieħed mis-sitt vapuri tagħhom biex iqegħdu f'qiegħ il-baħar.

    Huwa sostna kif il-kumpanija għandha vapur ibbażat Katanja li f'każ ta' emerġenza jasal Malta fi żmien 24 siegħa.

    Preżenti għat-tnedija tal-proġett kien hemm, fost oħrajn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna; il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Chris Cardona u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0