L-MCAST tniedi tmien programmi f’livell ta’ ‘Masters’ b’aktar minn tliet miljun ewro mill-Fond Soċjali Ewropew

  • Apr 24, 2019 19:56
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi ħdan il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Arti (MCAST), il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farruġia nedew tmien programmi ta’ Masters ġodda bl-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew.

    Dawn il-programmi ta’ Masters, li se jibdew jiġu offruti mis-sena skolastika li ġejja, se jkunu qed isaħħu l-istrateġija edukattiva ta’ pajjiżna, liema programmi huma mibnija fuq il-ħtiġijiet ta’ bosta setturi, kemm ġodda kif ukoll dawk tradizzjonali. Permezz ta’ dawn il-programmi, l-għan tal-MCAST huwa li toħloq ambjent dinamiku fejn l-industrija, l-akkademiċi u l-istudenti jikkollaboraw flimkien fejn jidentifikaw sfidi varji u jħejju riċerka relevanti li tissarraf f’impatt pożittiv għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo saħaq li, “aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-iżvilupp ta’ pajjiżna se jkun jiddependi fuq il-livell tal-ħiliet tan-nies tagħna. L-ekonomija tagħna se jkollha bżonn nies b’ħiliet avvanzati, ħiliet medji u inqas ħiliet baxxi u għalhekk huwa importanti ħafna li x-xogħol edukattiv li jrid isir man-nies tagħna hu li ngħollu kemm jista jkun il-livell edukattiv tagħhom. Qed nieħu gost li l-MCAST dieħla f’dan il-qasam u toffri aktar korsijiet fil-livell ta’ Masters li għandna bżonn għall-futur ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.”

    Il-Ministru Bartolo sostna li huwa importanti li nkomplu nsaħħu l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna għaliex il-futur ta’ pajjiżna jiddependi mhux biss fuq l-edukazzjoni li nieħdu fl-ewwel fażi ta’ ħajjitna meta nkunu għadna żgħażagħ, iżda tul il-ħajja kollha. Huwa qal li l-edukazzjoni għandna norbtuha mal-formazzjoni tal-valuri u mal-akkwist ta’ ħiliet neċessarji aktar u aktar meta d-dinja tax-xogħol qed tinbidel u l-futur ta’ pajjiżna se jkun jiddependi fuq edukazzjoni ta’ żvilupp u ħiliet tul il-ħajja.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia qal li dan l-investiment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew ta’ ‘l fuq minn €3 miljun se jipprepara l-workforceMaltija għall-industriji tal-lum u ta’ għada. Iktar minn hekk, se jgħin biex Malta tidħol f’niċeċ ekonomiċi ġodda u li nistgħu naslu għalihom permezz ta’ dixxiplini akkademiċi ‘STEM’. Is-Segretarju Parlamentari Farrugia ħeġġeġ lill-MCAST biex tieħu pass ‘il quddiem biex fiż-żmien li ġej tibbenefika ukoll mill-fond ‘Horizon Europe’.

    Il-Prinċipal u l-Kap Eżekuttiv tal-MCAST il-Professur James Calleja stqarr li huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalih li permezz ta’ €3.3 miljun mill-ESF 03.003, l-MCAST qed tkabbar il-portafoll tagħha b’dawn il-programmi ġodda tal-Masters. Dawn il-korsijiet ikopru diversi suġġetti akkademiċi iżda fl-istess ħin, ilkoll huma ntiżi biex insaħħu s-sostenibbiltà ta’ pajjiżna, kemm mil-lat ta’ infrastruttura kif ukoll tal-ekonomija. “Huwa l-għan tal-MCAST li nkomplu noffru tagħlim u taħriġ biex wieħed ikun jista’ jikseb il-ħiliet, kompetenzi u kwalifiki meħtieġa għall-industrija ta’ pajjiżna, kemm dik preżenti kif ukoll dik tal-futur”, temm jgħid il-Prinċipal Calleja.

    Min jixtieq jikseb aktar informazzjoni dwar it-tmien programmi ta’ Masters elenkati għandu jżur is-sit uffiċjali tal-MCAST.

    Master of Science in Environmental Engineering
    Master of Science in High Performance Buildings
    Master of Science in Water Resource Management
    Master of Arts in Product Design
    Master of Science in Mechatronics
    Master of Science in Exercise and Sports Science
    Master of Science in Information Technology and Systems
    Master of Science in Lean Enterprise

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0