Reklam ''illegali u diskriminatorju" jiċċirkola fuq il-midja soċjali

  • Apr 25, 2019 09:18
  • Miktub minn iNews
"

    "Lesti li nimpjegaw biss irġiel mill-Pakistan u mill-Bangladesh, bżonn ta' stacker biex jaħdem f'Marsaskala". Dan huwa reklam li qiegħed jiċċirkola fuq il-midja bil-għan li jiġi mpjegat ħaddiem li xogħu jkun li jimla l-ixkaffar f'ħanut f'Marsaskala.

    Inewsmalta tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Jobs Plus Clyde Caruana li kkonferma li dan it-tip ta' reklam huwa illegali. Caruana spjegalna li minħabba li l-impjieg li qiegħed jiġi rreklamat huwa mpjieg li jista' jsir minn persuni ta' kwalunkwe nazzjonalità. 

    Caruana kompla jgħidilna li dan ir-reklam kien ikun validu biss li kieku l-impjieg mitlub kien xi traduttur għax f'dak il-każ tagħmel sens li titlob għal persuni li jitkellmu bil-lingwa mixtieqa.

    Mistoqsi jekk fil-passat kienx hemm rapporti ta' illegalitajiet simili, Caruana kkonferma li din mhux l-ewwel darba li rċevew rapporti, anke jekk dawn huma waħdiet. 

    Skont l-Artiklu 21 tat-Trattat tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea: “Kwalunke diskriminazzjoni li hija bbażata fuq sess, razza, kulur sfond soċjali jew etniku, apparenza, lingwa, twemmin reliġjuż jew politiku, sħubija ma' minoranza nazzjonali, proprjetà, post ta’ twelid, diżabbilità, età jew orjentazzjoni sesswali hija pprojbita.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0