Filmat: Inawgurat ċentru ta’ benesseri fi ħdan l-MCAST

  • Apr 25, 2019 11:06
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Ġewwa l-MCAST ġie inawgurat il-Wellbeing Hub li, b’ħidma flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa, mistenni joffri diversi servizzi lill-istudenti biex jgħixu ħajja b’saħħitha kemm b’mod mentali kif ukoll mil-lat fiżiku. F’dinja fejn il-post tax-xogħol u l-edukazzjoni qed tinbidel, huwa importanti li l-istudenti jkollhom saħħa fiżika u mentali aħjar biex jaffronta d-dinja. Permezz ta’ numru ta’ professjonisti, l-istudenti se jibda jkollhom l-għajnuna rigward is-saħħa mentali, pariri dwar stil ta’ ħajja, għajnuna biex iwaqqfu vizzji bħal tipjip u dwar il-ħajja sesswali tagħhom.

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-ftuħ ta’ din il-Wellbeing Clinic hija inizjattiva oħra li tkompli tgħin fil-futur ta’ saħħitna. Huwa qal li m’hemm l-ebda dubju li ħafna mill-problemi tas-saħħa mentali jkollhom oriġini minn età bikrija allura huwa importanti li jkun hemm servizzi offruti liż-żgħażagħ tagħna. Il-Minsitru tas-Saħħa innota li ħafna drabi ż-żgħażagħ isibuha diffiċli biex imorru għand tabib għal xi ħaġa li forsi mhix problema fiżika u allura qed inġibu s-servizz aħna fejn l-aktar hemm żgħażagħ.

    Il-Ministru Fearne tkellem dwar l-importanza tal-prevenzjoni għax din tfisser li qed ninvestu fil-futur ta’ saħħitna. Huwa sostna li minkejja l-prevenzjoni ma turikx riżultati mil-lum għal għada,  tfisser li qegħdin inbedu l-mard u nagħtu saħħa aħjar għas-snin li ġejjin għaż-żgħażagħ tagħna.

    Il-Ministru Chris Fearne osserva kif f’dawn l-aħħar snin kien qed jingħata servizzi mill-aħjar biex meta wieħed jimrad jingħata saħtu lura, imma huwa wisq aħjar jekk parti mir-riżorsi jintużaw ukoll għall-prevenzjoni. Huwa għalhekk li bħala Gvern qed jaħdem bi sħiħ għall-prevenzjoni ta’ mard u dan jidher bir-rinovar tal-bereġ, l-importanza tat-tobba tal-familja, remote patient monitoring, fost oħrajn. Huwa innota li l-Wellbeing Clinic fi ħdan l-Università kienet ukoll ta’ suċċess fejn numru kbir ta’ studenti marru fil-klinika u dan għen biex problemi potenzjali jinqabdu minn qabel.

    Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li huwa bżonn li wieħed iħossu tajjeb kemm mentalment u kemm fiżikament. Is-saħħa fiżika u dik mentali huma t-tnejn bżonnjużi għax mingħajrhom wieħed ma jkunx jista’ jgawdi l-benefiċċji tal-edukazzjoni. Wara kollox, il-Ministru Bartolo jisħaq li l-edukazzjoni mhix gżira iżolata u “filwaqt li għandna naraw x’inhuma l-fatturi li qed joħolqu l-problemi huwa importanti li l-istituzzjoni nnifisha ma tikkaġunax aktar stress.”
    Filmat u ritratti: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0