L-Air Malta tħabbar l-iskeda għal Ibiza... It-titjiriet għall-bejgħ

  • Apr 25, 2019 11:43
  • Miktub minn iNews
"

    L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-Ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa lejn il-gżira Balearika ta’ Ibiza, li hija magħrufa l-aktar għan-‘nightlife’ tagħha tas-sajf se jibda fis-16 ta’ Awwissu u jintemm fl-10 ta’ Settembru 2019. 

    Waqt li kien qed jikkummenta fuq dan is-servizz ġdid, il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-Kaptan Clifford Chetcuti, qal, “Ibiza hija destinazzjoni mfittxija ħafna miż-żgħażagħ u hija meqjusa bħala mecca tad- divertiment, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Matul is-snin operajna għadd ta’ titjiriet ‘charter’ lejn il-gżira għal aġenti u operaturi tal-ivvjaġġar u naħsbu li r-rotta hija matura biżżejjed biex nippruvaw titjiriet skedata staġjonali. Dan is-servizz huwa parti mill-istrateġija ta’ tkabbir tagħna biex nikkollegaw aħjar il-Gżejjer Maltin”. 

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi żied jgħid: “Ibiza hija rotta li ilna nħarsu lejha għal numru ta' xhur wara li rċevejna talbiet mill- 

    komunità lokali, partikolarment relatati max-xena tal-avvenimenti. Nistennew bil-ħerqa li nkomplu nistudjaw din ir-rotta bil-possibbiltà li l-Air Malta tinkludijha fl-iskeda tas-Sajf tagħha kull sena. ” 

    L-iskeda ta’ titjiriet sejra topera kif ġej (il-ħinijiet kollha lokali): 

    It-Tlieta u l-Ġimgħa

    KM 582 Tluq Malta 13.15  Inżul   Ibiża  15.10

    KM 583  Tluq Ibiża 15.55  Inżul   Malta 18:00

    Il-Gżira Balearika affaxxinanti ta’ Ibiza hija meqjusa bħala l-aqwa destinazzjoni tad-divertiment fil-Mediterran. Il-gżira hija magħrufa sew għall-klabbs ta’ billejl tagħha u fejn klabbs kbar Ewropej għandhom fergħat tas-sajf. F’dawn jmorru DJs ta’ livell dinji li jagħmluha l-aqwa destinazzjoni għall-klabbers. 

    Għalkemm il-gżira hija sinonima mal-parties tal-mużika elettronika, żgur li wieħed jibqa’ sorpriż meta jsir jaf li din il-ġawhra xemxija Mediterranja toffri xi ħaġa għal kulħadd, minn siti ta’ wirt dinji għal bajjiet spettakolari.

    Il-belt ta’ Ibiza tista’ titqies bħala monument storiku uniku li joffri lill- viżitaturi tour uniku ta’ ċivilazzjonijiet differenti. Waqt li jkunu mexjin fit-toroq imserrpin tal-parti l-antika tal-belt, il-viżitaturi jistgħu jgawdu arkitettura medjevali impressjonanti li hija preżenti b’mod prominenti fil-Kattidral l-antik u fil-Kastell rispettivament. Il-parti l-antika tal-belt hija litteralment miżgħuda b’mużewijiet interessanti, u waqt li jiskopru dan il-post storiku, il-vjaġġaturi ma għandhomx jitilfu l-Mużew tal- Arkeoloġija li jilqa’ fih u jippreserva artefatti antiki minn żmien il- preistorja u żmien il-Feniċi. Bil-fortizza impressjonanti u antika ħafna tagħha, il-Belt ta’ Ibiza hija mogħnija bi sbuħija storika minħabba l- influwenza ta’ kolonizzaturi li għexu f’dan il-post mill-isbaħ. 

    Iż-żjara ma tkunx kompluta qabel ma wieħed jesperjenza ikla Mediterranja fil-kampanja akkumpanjata minn ikel tal-lokal minn prodotti friski, żejt taż-żebbuġa, ħobż tar-raħħala u nbid lokali. 

    Il-klijenti issa jistgħu jibbukkjaw titjiriet fuq www.airmalta.com, billi jċemplu liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211, mill- uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta jew mingħand Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fi Spanja. Jistgħu japplikaw tariffi telefoniċi. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0