Fond ta’ €81,427.08 għaż-żamma u l-manutenzjoni ta’ proġetti infrastrutturali li ġew imwettqa’ mill-Gvern Ċentrali

  • Apr 25, 2019 14:20
  • Miktub minn iNews
"

    Fond ta’ €81,427.08 għaż-żamma u l-manutenzjoni ta’ proġetti infrastrutturali li ġew imwettqa’ mill-Gvern Ċentrali

    Fil-Baġit li għadda tħabbret miżura li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali setgħu japplikaw għal fondi sabiex il-proġetti infrastrutturali maġġuri mwettqa mill-Gvern Ċentrali jkunu jistgħu jinżammu fi stat tajjeb u jagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa tal-proġett imsemmi.

    Dawk il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn xi proġett mis-sena 2017 ‘il quddiem setgħu japplikaw għal dan il-fond. B’kollox kienu eliġibbli 4 Kunsilli Lokali – dawk tal-Imdina, tas-Siggiewi, ta’ Raħal Ġdid u ta’ San Lawrenz. Il-fond totali allokat huwa dak ta’ €81,427.08.

    “Huwa grazzi għal dawn it-tip ta’ inizjattivi li aħna nistgħu ninvestu fil-lokalitajiet tagħna, u permezz tagħhom qegħdin nagħtu lill-Kunsilli Lokali tagħna l-għodod apposta biex ikomplu jsaħħu u jtejbu l-lokalitajiet tagħna, għal benefiċċju tal-komunità,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

    “Bħala parti mill-istrateġija tagħna, aħna dejjem naħdmu biex nipprovdu l-aħjar kwalità ta’ ħajja għaċ-ċittadini tagħna, u dan huwa possibbli grazzi għar-realizzazzjoni ta’ proġetti ta’ din is-sura. Dan huwa eżempju ieħor tas-sinerġija li tinsab bejn il-Gvern lokali u l-Gvern ċentrali,” kompla jgħid Bonnici.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis tenna li dan huwa eżempju ieħor ta’ għaqda bejn il-Gvern
    Ċentrali u l-Gvern Lokali. Il-Gvern preżenti jemmen b’mod sħiħ fil-Gvern Lokali u l-assistenza li qed tingħatalhom flimkien mar-riforma li qed issir fi ħdan il-Gvern Lokali huma xhieda ta’ dan.

    Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis fakkar li fil-baġit li għadda l-fond globali għall-Gvern Lokali kien dak ta’ €53 miljun, il-Kunsilli Reġjonali ngħataw għall-ewwel darba fond ta’ €3.15 miljun, qed isir investiment ta’ €700 miljun biex jerġgħu jsiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna u hemm ukoll id-development planning fund li għandu disponibbli għall-Kunsilli Lokali €28 miljun biex jintużaw għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0