[FILMAT] Ġellieda tal-barrin bi ksur serju f'wiċċha wara li barri jagħtiha daqqa ta' qarn u jrossha ma' ħajt

  • Mej 06, 2019 12:30
  • Miktub minn iNews
"

    Dan il-filmat juri l-mument meta ġellieda tal-barrin spiċċat ġarrbet ġrieħi mill-aktar serji f’wiċċha wara li qalet daqqa ta’ qarn f’wiċċha u mbuttata ma’ ħajt minn barri.

    Hilda Tenorio, ta’ 32 sena mill-Messiku, fil-mument li seħħ l-inċident kienet qed tisfida lill-barri għarkupptejha f’arena għall-ġlied tal-barrin fil-belt ta’ Puebla.

    Tim mediku mar minnufih biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-mara, li sofriet ksur f’ħalqha, ħaddejha u fil-ħofra tal-għajn.

    Wara operazzjoni fi sptar lokali, il-mara rrikorriet għall-midja soċjali biex tirringrazzja lis-sostenituri tagħha tal-appoġġ tagħhom fil-konfront tagħha.

    Dan ma kienx l-uniku inċident ta’ Hilda. Fl-2010 hija wkoll kienet indarbet b’mod gravi wara li kellha tinħtieġ mat-80 punt wara daqqa ta’ qarn fi ġlieda ma’ barri.

    Il-midja Messikana qed tisħaq li l-mara se tkun qed tieqaf mill-attività għal madwar sitt xhur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0