L-iskandlu fil-każin tal-PN fiż-Żurrieq … Toni Bezzina jitlef il-battalja

  • Mej 06, 2019 19:25
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina tilef għal darba oħra fil-qorti il-battalja li kien qed jagħmel kontra dikjarazzjoni li kien għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat. Filfatt il-Qorti tal-Appell ikkonfemat sentenza kontra d-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina u kkonferma li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma għamel l-ebda dikjarazzjonijet foloz u malafamanti fil-konfront ta’ Bezzina.

    Kien Bezzina nnifsu li fetaħ libell wara li kien ħassu malafamat b’diskors tal-Prim Ministru dwar l-iskandlu tax-xogħlijiet privati li saru fil-każin tal-Partit Nazzjonalsita taż-Żurrieq minn tliet ħaddiema tal-Gvern waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom. Fil-qorti kien ħareġ li Bezzina kien ġiegħel impjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet jagħmlu dikjarazzjoni falza dwar xogħol li għamlu fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. L-imħallef Anthony Ellul qal li l-azzjoni ta’ malafama ma treġix u dan meta l-fatti allegati jkunu veri.

    Ġie konkluż li mill-fatti ppreżentati, il-Perit Bezzina ma kellux raġun jilmenta meta l-Prim Ministru stqarr li Bezzina kien ġiegħel lill-ħaddiema tal-Gvern jiffirmaw dikjarazzjoni falza biex jiċħdu s-sewwa magħruf. Il-Qorti spjegat li wara li ħareġ il-każ, Bezzina ipprova jillimita d-danni. Filfatt hu kien talab lill-ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni li kiteb u li ma kinitx tirrifletti l-verità kollha.

    Hu anke spiċċa ħadhom għand nutar ta’ fiduċja tiegħu biex jiffirmaw dikjarazzjoni oħra u jikkonfermawha bil-ġurament. Il-Qorti enfasizzat li l-Prim Ministru kellu kull dritt li jikkiritika atteġġjament ta’ Bezzina f’din il-kwistjoni li “żgur kienet politikament imbarrazzanti għal Bezzina”. Qalet li dan kien każ ta’ interess pubbliku meta tqies li Bezzina kien uffiċjal pubbliku u involut fil-politika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0