Titħabbar il-mewt ta' Doris Day fl-età ta' 97 sena... tibqa' mfakkra għal 'Que Sera Sera'

  • Mej 13, 2019 15:45
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta’ waħda mill-aktar nisa ta’ suċċess fl-età ta’ 97 sena.

    Il-kantanta li kompliet bħala attriċi ħadet sehem f’films bħalma huma ‘Calamity Jane’ u ‘Pillow Talk’ u ċertament li se tibqa’ mfakkra għall-kanzunetta tal-1956 ‘Que Sera, Sera’.

    Fi stqarrija maħruġa minn waħda mill-fondazzjonijiet tagħha għall-ħarsien tal-annimali ntqal li hi mietet fir-residenza tagħha f’Carmel Valley f’Kalifornja.

    L-istqarrija tkompli tgħid li l-attriċi għall-età tagħha kien għadha b’saħħitha fiżikament sakemm riċentament żviluppala każ ta’ pnewmonja.

    Hija mietet mdawra bil-ħbieb tal-qalb tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0