“L-Ewropa għandha tindirizza l-estremiżmu”

  • Mej 14, 2019 08:58
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja: Vot fil-25 ta’ Mejju għandu jkun vot kontra l-element estrem…

    Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja ddikjara li waħda mill-kwistjonijiet li għandha tiġi indirizzata fl-elezzjoni li jmiss tal-Parlament Ewropew hija l-estremiżmu li qed jgħolli rasu.

    Huwa rrimarka dan f’laqgħa li l-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU kellha mal-Kandidat għall-Parlament Ewropew f'isem il-Partit Laburista Dr Alfred Sant. Għal din il-laqgħa, li saret fil-bini tal-GWU, kien hemm preżenti l-President u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU, Victor Carachi u Kevin Camilleri rispettivament, kif ukoll segretarji ta’ diversi taqsimiet tal-union.

    Bugeja rrimarka kif fl-Ewropa hemm ċertu sentiment dwar l-estremiżmu u saħaq li vot fil-25 ta’ Mejju għandu jkun vot kontra l-element estrem. Huwa qal ukoll li l-Ewropa ma tistax timxi fuq il-kunċett ta’ one size fits all u enfasizza fuq il-fatt li llum qed ngħixu realtajiet fejn hemm diversi ħaddiema barranin li jaħdmu mal-Maltin u rridu nħarsu l-isfidi li jġibu magħhom sitwazzjonijiet bħal dawn.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU temm jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-komunikazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ naħat li stqarr li għandha tkompli biex il-union tiġi mgħarrfa dwar x’ikun għaddej fil-PE u mill-banda l-oħra taqsam l-ideat tagħha kemm bħala ETUC u kif ukoll meta tgħaddi xi liġi fil-PE tressaq l-argumenti tagħha dwar kif din l-istess liġi se tkun qed timpatta lill-ħaddiema Maltin.

    Min-naħa tiegħu, Dr Alfred Sant qal li l-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli fil-ħajja, lil dawk li m’għandhomx opportunitajiet soċjali. “Din hija l-Ewropa Soċjali li kull membru elett fil-Parlament Ewropew irid jaħdem għaliha fil-ħames snin li ġejjin.”

    Alfred Sant qal li l-ħames snin li ġejjin se jkunu delikati għal Malta fl-UE. “Id-drittijiet soċjali fl-Ewropa qed jitnaqqru. Hemm bżonn paga minima nazzjonali skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull pajjiż. Irridu noqogħdu attenti li l-problemi soċjali Ewropej ma jkomplux jinfirxu. L-istess irridu nagħmlu f’Malta. Ma nistgħu qatt naċċettaw li l-ħaddiema fostna jaħdmu bil-prekarjat. Din hija sfida għalina lkoll li rridu nilqgħu għaliha.”

    Dr Sant innota li miljuni ta’ nies madwar l-Ewropa huma diżullużi bl-Unjoni Ewropea għaliex iħossu li l-politika u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea neżżgħuhom mid-dinjità soċjali. Il-politika ta’ awsterità li nidew il-politiċi tal-lemin fl-Ewropa iffokat l-aktar fuq l-interessi tal-korporazzjonijiet il-kbar, ta’ dawk li kienu qegħdin tajjeb fis-soċjetà.

    Miljuni ta’ Ewropej għadhom qegħdin jissieltu ma’ livell tal-ħajja dejjem jonqsu, minkejja li l-ekonomija taż-żona Ewro irpiljat. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, żdiedu l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali. “Il-piżijiet tal-politika ta’ awsterità intrefgħu l-aktar minn dawk li jifilħu anqas.”

    Dr Sant temm jgħid li fl-elezzjonijiet Ewropej Malta għandha tħaddan l-għajta tas-Soċjalisti Ewropej għal Ewropa Soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0