[AĠĠORNAT] Il-Qorti tiċħad it-talba ta' Delia biex jingħata kopja tar-rapport Egrant … Delia jgħid li se jappella mid-deċiżjoni

  • Mej 14, 2019 09:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili sede Kostituzzjonali ċaħdet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex jingħata kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant.

    L-inkjesta Egrant, li tmexxiet mill-Maġistrat Aron Bugeja, kienet ikkonkludiet li ma nstabx li l-ishma fil-kumpanija Egrant kienu jappartjenu lis-Sinjura Michelle Muscat jew li kienu rikonduċibbli lilha jew lill-Prim Ministru Joseph Muscat jew lil membri tal-familja tagħhom. 

    L-inkjesta kompliet tikkonkludi li ma nstabx li l-Prim Ministru u martu setgħu kienu involuti f’korruzzjoni, ħasil ta’ flus, u transazzjonijiet finanzjarji suspetti provenjenti minn kontijiet ta’ ‘politically-exposed persons’ mill-Ażerbajġan permezz ta’ kontijiet fil-Bank Pilatus hekk kif allegat mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

    Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-Qorti, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li se jkun qed jappella minn din is-sentenza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0