Pazjenti tal-kanċer jibdew jibbenefikaw minn mediċina ġdida li se tkun qed tingħata b’xejn … “Dawn huma flus minfuqa sew”

  • Mej 14, 2019 09:42
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Gvern se jkun qed iżid in-nefqa tiegħu f’dawk li huma mediċini għall-kura tal-kanċer. Dan wara li madwar 50 pazjent li qed jikkumbattu l-marda tal-kanċer se jkunu qed jibbenefikaw minn mediċina ġdida li se tkun qed tingħata b’xejn.

    Il-Ministru Fearne saħaq li din il-mediċina hija intiża biex tgħin b’mod partikolari lis-sistema immunitarja biex tikkumbatti lill-marda tal-kanċer fid-diversi forom tagħha.

    Huwa żied jgħid li attwalment il-Gvern qed jonfoq €14.5 miljun fuq mediċini tal-kanċer, u bl-introduzzjoni ta’ din il-mediċina l-ispiża se tkun qed titla’ bi €3 miljun oħra. Il-Ministru għas-Saħħa qal li filwaqt il-Gvern se jkun qed iżid in-nefqa tiegħu bi €3 miljun, “dawn huma flus minfuqa sew”.

    Tenna li l-għoti b’xejn ta’ din il-mediċina lill-pazjenti morda bil-kanċer jagħmel parti mill-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer li kien imniedi mill-Gvern madwar sena u nofs ilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0