Il-kaptan tal-MV Lifeline mmultat €10,000 wara li l-bastiment ma kienx irreġistrat kif suppost

  • Mej 14, 2019 11:33
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kaptan tal-bastiment ta’ salvataġġ MV Lifeline ġie mmultat €10,000 wara li nstab ħati li l-vapur ma kienx reġistrat kif suppost meda daħal fl-ibħra territorjali Maltin wara li salva lil aktar minn 200 immigrant f’Ġunju tas-sena li għaddiet.

    Filwaqt li l-akkużi fil-konfront tal-kaptan setgħu jsarrfu f’piena sa massimu ta’ 12-il xahar priġunerija, il-Maġistrat Joseph Mifsud qal li din is-sentenza qatt ma kienet ikkuntemplata mill-Qorti hekk kif din fehmet immedjatament iċ-ċirkostanza tal-każ.

    Il-multa se tkun qed titqassam fost organizzazzjonijiet Maltin li jgħinu lil refuġjati u persuni li jgħixu fil-faqar.

    Il-Qorti ċaħdet it-talba li saret mill-awtoritajiet biex l-MV Lifeline jiġi kkonfiskat fuq il-bażi li kaptan mhuwiex il-proprjetarju tal-bastiment.

    il-Qorti rrifjutat akkuża oħra miġjuba fil-konfront tal-kaptan li kien qed juża lill-bastiment għal għanijiet kummerċjali mingħajr liċenzja.

    Il-Kaptan Claus-Peter Reisch kien fit-tmexxija tal-bastiment meta salva lil 234 immigrant mill-Baħar Mediterran f’Ġunju li għadda. Dan il-każ wassal biex inħolqot tilwima internazzjonali hekk kif il-pajjiżi involuti damu jiem biex laħqu ftehim dwar min kellu jerfa’ r-responsabbiltà tal-immigranti.

    Malta eventwalment tat permess lill-kaptan li jdaħħal il-vapur fil-portijiet tagħha wara li ntlaħaq ftehim biex l-immigranti jinqasmu bejn diversi pajjiżi. Madankollu l-kaptan kien akkużat li daħħal vapur fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr ma kien fil-pussess tar=reġistrazzjoni u liċenzja neċessarja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0