Il-President ifisser id-Dar tal-Providenza “miraklu ħaj”

  • Mej 14, 2019 11:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President tar-Repubblika George Vella iddeskriva lid-Dar tal-Providenza bħala “miraklu ħaj li jiġġedded ta' kuljum”.

    Huwa rrimarka dan waqt żjara li huwa u martu għamlu fil-binja fil-limiti tas-Siġġiewi li fiha hemm jgħixu 94 resident b'21 oħra jgħixu fi djar fil-kommunita.

    Vella fakkar meta kien hawn żmien fejn il-persuna b'diżabilita kienet tiġi mwarrba u nsista li għandha tieħu dak li ħaqqha bi dritt u mhux b'karita.

    Huwa rringrazzja lill-ħaddiema u lill-voluntieri tax-xogħol li jagħmlu mar-residenti u rrimarka li meta jara voluntieri żgħażagħ iserraħ rasu għall-futur li se jkun hawn min lest li jibqa' jgħin lil dawk fil-bżonn.

    Min-naħa tiegħu, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef spjega lill-President is-servizzi li joffru u semma kif il-ħsieb huwa li din is-sena jżidu d-djar fil-kommunita b'oħra fil-Balluta.

    Huwa qal li d-Dar tal-Providenza hija turija tas-solidarjeta li tibda mill-bidu tal-ħajja sa tmiemha.

    Fr Micallef irrimarka wkoll kif huma jkollhom bżonn madwar €4.5 miljun fis-sena biex joffru s-servizzi lir-residenti imma wera l-apprezzament tiegħu li bis-solidarjeta murija magħhom jirnexxielhom jibqgħu għaddejjin.

    Matul iż-żjara l-President mhux biss ġie mdawwar mal-binja biex jara s-servizzi offruti imma ltaqa' wkoll mar-residenti u familjari tagħhom kif ukoll impjegati u voluntieri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0