Taljan isofri ġrieħi gravi wara li jaqa' minn fuq mutur fil-Floriana

  • Mej 14, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Sewwieq ta’ mutur Taljan sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li aktar kmieni llum kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Floriana. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.20 a.m. fi Triq il-vittmi Furjaniżi tal-Gwerra.

    Mill-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li għal xi raġuni t-Taljan, li għandu 44 sena u huwa residenti Raħal Ġdid, tilef il-kontroll u waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq tal-għamla Biaggio Beverly.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0