“L-istorbju għaddej baqa', u aħna bla marki bqajna” … Studenti tal-O Level jilmentaw fuq storbju minn Hens Party

  • Mej 14, 2019 13:26
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Huwa fatt magħruf li l-eżamijiet tal-O Level jista’ jkun perjodu stressanti għal-istudenti tagħna. Madanakollu, għal numru ta’ studenti li kienu qegħdin jagħmlu l-eżami tal-O Level tal-Malti, is-sitwazzjoni kienet waħda intollerabbli, hekk kif kellhom jagħmlu l-eżami waqt li kien għaddej storbju kbir minn “hens party” li kien qiegħed isir fil-viċinanzi.

    Waħda mill-istudenti li kienet qegħda tagħmel l-eżami tennet kif waqt l-eżami, l-għajjat ta’ dawk li kienu qegħdin jiċċelebraw kien jinstema sew: “Ħames minuti qabel ma jibda l-eżami, kien hemm xi grupp ta’ nies prużuntużi li ġew jiċċelebraw il-hens party taħtna eżatt, b’diski full-on. Mal-ewwel tkellimna, imma l-inviġilatur qalilna “Soddu widnejkom, qiskom m’intom tisimgħu xejn.”

    L-istudenta saħqet kif l-istudenti għamlu l-eżami waqt li ċ-ċelebrazzjonijiet damu għal madwar siegħa u nofs. “Kien hemm ħafna tinfiħ u garr... ovjament uwx. Ma ttiniex tort, taf li ilek taħdem sentejn għal dan l-eżami, u titlef kollox fuq iċ-ċajt u n-nuqqas ta’ rispett ta’ ħaddieħor.”

    ““Smajna lil xi ħadd jgħajjat: “Ħudu shot jekk single... ħudu 2 jekk ikkumplikata.” Il-ħin kollu konna qegħdin nitkellmu mal-inviġilatur biex xi ħadd joħroġ barra u jgħidilhom jitfu kollox, għaliex kien hemm O’Level għaddej, u huwa qalilna li ma seta jagħmel xejn.” Eventwalment, kien sar xi attentat mad-Direttur tal-MATSEC, u li ma sar l-ebda kuntatt mal-pulizija.

    “Jiena personalment ma kontx naf x’jien nikteb, u nista’ ngħid li għalxejn studjajt, għax lanqas ġibt nofs il-marka li kien ħaqqni. L-istorbju għaddej baqa’, il-pulizija baqgħu ma ġewx, id-direttur m’għamel xejn, u aħna bla marki bqajna.”

    Studenta oħra saħqet kif hija kienet għamlet kuntatt mal-MATSEC, “u li nagħmlu ilmenti kemm nistgħu, biex ikollna vuċi iktar soda.”

    Kien hawnhekk li l-għaqda studenteska Pulse għamlet appell pubbliku lil dawn l-istudenti li għamlu dan l-eżami. “Bħala organizzazzjoni, ġbarna l-informazzjoni ta’ madwar mitt student li għaddew minn din l-esperjenza, u nfurmajna lill-Matsec.”

    F’kumment fuq il-midja soċjali, il-President tal-Pulse, Owen Grech, appella biex isiru r-rimedji neċessarji, “għall-problemi li dawn l-istudenti qegħdin isibu ma wiċċhom, f’dan iż-żmien tant stressanti.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0