Id-Dwana taqbad 22,000 libsa u ħwejjeġ tad-ditta u 19,000 ballun ilkoll iffalsikati

  • Mej 14, 2019 14:36
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Proprjetà Intelletwali interċettaw erba’ kontejners li kienu qed iġorru kważi 22,000 biċċa ħwejjeġ u 19,000 ballun iffalsikati.

    Mill-ewwel kontejner ġew elevati 10,344 libsa falza ta’ ditti rinomati, filwaqt li fit-tieni kontejner instabu 11,280 libsa u ħwejjeġ oħrajn ta’ diversi ditti, ilkoll foloz.

    Mit-tielet kontejner l-uffiċjali tad-Dwana kkonfiskat 14,580 ballun tal-futbol, immarkati b’marki ta’ ditti rinomati, meta effettivament kienu foloz ukoll, u fir-raba’ kontejner instabu 4,776 ballun tal-futbol ieħor foloz, biex b’hekk inqabdu 19,356 ballun falz.

    L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li  rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalita’ ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjeta’ intellettwali. Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0