18-il każ ta’ ħożba fl-ewwel erba’ xhur … pajjiżna jibqa’ konformi mal-kriterji tal-WHO

  • Mej 14, 2019 15:25
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena ġew irrapportati 18-il każ ta’ ħożba, li kollha oriġinaw lokalment. Madankollu, Malta għadha konformi mal-kriterji stabbiliti tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li permezz tagħhom pajjiż ikun meqjus ħieles mill-marda. Hekk ikkonfermatilna kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa li spjegat li madankollu f’pajjiżna jibqa’ jsir dak kollu possibbli biex nibqgħu nżommu din il-pożizzjoni permezz ta’ sorveljanza kontinwa, dijanjosi kmieni, iżolar u anke l-intraċċar tal-kuntatt mal-marda.

    Jittieħdu wkoll miżuri preventivi filwaqt li t-tilqim jiġi inkoraġġit fost l-etajiet kollha. Il-każi rrapportati kienu primarjament fost l-adulti. Sadattant, il-Ministeru tas-Saħħa inkoraġġixxa lill-pubbliku biex jassigura li wliedu jitlaqqmu skont l-iskeda, filwaqt li l-adulti li l-età tagħhom hi taħt il-50 sena huma inkoraġġuti jitkellmu mat-tabib tagħhom biex jitlaqqmu jekk meta kienu żgħar ma kinux ingħataw żewġ dożi ta’ MMR. Il-vaċċin hu pprovdut b’xejn lil kull min twieled wara s-sena 1983. Il-kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qalet li l-vaċċin MMR hu effettiv ħafna biex jipproteġi kontra l-Ħożba (measles), il-Gattone (mumps) u l-Ħożba Ġermaniża u hu preventiv kontra kumplikazzjonijiet ikkawżati minn dan il-mard.

    Żewġ dożi tal-vaċċin MMR għandhom persentaġġ għoli ħafna ta’ prevenzjoni, 97%, kontra l-Ħożba u effiċjenza ta’ 88% kontra l-Gattone. Doża waħda ta’ vaċċin MMR hija effettiva sa 93% kontra l-Ħożba, ta’ 78% kontra l-Gattone u 97% kontra l-Ħożba Ġermaniża. Qaltilna wkoll li l-vaċċin MMR hu fuq il-formolarju tal-Gvern u jingħata b’xejn. L-ewwel tilqima tingħata meta t-tarbija jkollha 13-il xahar, bit-tieni doża tingħata meta t-tifel/tifla jilħqu l-età ta’ bejn tlieta u erba’ snin. Hu kkalkulat li matul is-sena 2018, 95% tat-tfal kollha f’Malta u Għawdex ingħataw din it-tilqima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0