Tlieta akkużati li rabtu u stupraw tfajla vulnerabbli f’għalqa f’Ħaż-Żebbuġ

  • Mej 14, 2019 16:30
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet żgħażagħ ta’ bejn it-22 u l-25 sena u residenti s-Siġġiewi baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li rabtu u stupraw tfajla vulnerabbli f’għalqa f’Ħaż-Żebbuġ. 

    Iż-żgħażagħ, li isimhom mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tkun protetta l-identità tal-allegata vittma, ġew akkużati li wettqu dan ir-reat li allegatament seħħ f’Ġunju tas-sena li għaddiet.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu meta t-tfajla, li għandha 20 sena, kienet tkellmet dwar kif ħu wieħed mill-akkużati kien allegament abbuża minnha, u dan kien akkużat bi stupru f’kawża separata.

    Jidher iżda li qabel waħda mis-seduti, il-ġenituri tagħha kienu wissewha biex tgħid il-verità kollha meta titla’ biex tixhed u kien hawn li t-tfajla allegat li kienet ġiet stuprata diversi drabi mit-tliet ġuvintur.

    It-tlieta li huma tressqu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke fejn wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom, bi tnejn minnhom ma jitolbux għall-ħelsien mill-arrest.

    It-tielet wieħed, li qed jidher għalih l-Avukat Leslie Cuschieri, informa lill-Qorti li l-klijent tiegħu, kellu diżabilità intelletwali u talab li jingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest biex ikun jista’ jmur kors barra minn Malta.

    L-Ispettur John Spiteri, li ddeskriva dan il-każ bħala “wieħed mill-aktar każijiet xokkanti li huwa ħadem fuqu”, oppona t-talba għall-ħelsien mill-arrest u argumenta li ħu l-akkużat li kien diġa’ tressaq il-Qorti fuq akkużi simili kien ipprova jeqred l-evidenza.

    Il-Qorti ordnat li t-tliet ġuvintur jinżammu arrestati, b’wieħed minnhom jitpoġġa fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli biex ikun eżaminat mill-professjonisti. 

    L-Avukati Stefano Filletti, Stephen Tonna Lowell, Leslie Cuschieri u Roberto Montalto qed jidhru għall-akkużati mentri l-Avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru għall-vittma. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0