Titjira tat-Turkish Airlines destinata għall-Ghana tinżel f'pajjiżna … Aktarx problemi bir-rota

  • Mej 14, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ajruplan tal-linja tal-ajru Turkish Airlines li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Istanbul bid-destinazzjoni aħħarija tiegħu tkun Accra, fil-Ghana, dawwar ir-rotta tiegħu lejn pajjiżna.

    It-titjira THY629 kienet diġà laħqet għaddiet minn fuq l-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżna u kien jinsab fiż-żona tal-ibħra fit-Tramuntana tal-kontinent Afrikan meta dawwar ir-rotta u reġa’ dar lejn pajjiżna.

    Inewsmalta hija informata li hekk kif għamel l-inżul tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-ajruplan waqaf viċin iż-żona magħrufa bħala Apron 9 fejn intlaqa’ minn vettura tat-tifi tan-nar.

    Minn informazzjoni li ksibna jidher li l-ajruplan żviluppa ħsarat fir-rota u biddel ir-rotta bħala prekawzjoni.

    Anke l-paġni ta' Facebook "Aircraft Spotting in Malta" u "Horizons Malta" irrapportaw dan il-każ, b'tal-aħħar tgħid li r-runway 31 tingħalaq għal xi ħin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0