“Is-sovranità tat-tassazzjoni tkun il-prijorità ewlenija tiegħi”

  • Mej 14, 2019 17:14
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jissettjaw it-taxxi tagħhom. Dan mhux fl-interess ta’ Malta li jeħtiġilha ssostni l-ħelsien tagħha biex tiddeċiedi l-politika ekonomika li tgħodd għaliha, b’mod flessibbli, għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi. Meta kien qed jindirizza attività politika fil-Qawra, l-ex Prim Ministru Alfred Sant qal li kif għamel fil-ħames snin li għaddew, jekk jikseb il-fiduċja tal-elettorat ikompli jiddefendi s-sovranità ta’ Malta fil-politika ta’ tassazzjoni. 

    “Din tkun il-priorità tiegħi. Hemm wisq x’nitilfu jekk nitilfu l-flessibilità fit-tassazzjoni tagħna. Ma rridx li s-servizzi finanzjarji tmisshom l-istess xorti li misset l-agrikultura u s-settur tal-manifattura bid-dħul ta’ Malta fl-UE.”

    Alfred Sant qal li jekk ikun elett fil-Parlament Ewropew jibqa’ jinsisti li l-politika ta’ għaqda Ewropea m’għandhiex tkun imfassla biex tlibbes l-istess żarbun lil kulħadd. Qal li jibqa’ jinsisti li Malta u Għawdex għandhom jingħataw trattament speċjali minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħna. Iżid l-isforzi tiegħu biex ma jkomplux jiżdiedu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn il-Lvant u l-Punent tal-Ewropa u bejn in-Nord u s-Sud tal-Ewropa. Fuq kollox ikompli jaħdem biex l-Ewropa terġa’ takkwista l-kuxjenza soċjali li tilfet wara l-kriżi tal-2008.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0