“Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jilgħab il-karta tal-abort biex ibeżża’” - Alex Agius Saliba

  • Mej 14, 2019 17:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kandidat tal-Parit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Dr Alex Agius Saliba qal li matul dawn l-aħħar jiem, il-Partit Nazzjonalista reġa’ waqa’ fil-kantaliena miskina tas-soltu, u qiegħed għal darb’oħra jipprova jbeżża’ b’affarijiet fittizji. Huwa għamel referenza għad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Adrian Delia fil-Mellieħa, fejn prova joħloq l-illużjoni li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej huma referendum dwar l-abort u li vot għall-Parit Laburista jista’ b’xi mod ifisser vot favur l-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna.

    F’dan ir-rigward Dr Agius Saliba kkundanna dan l-għaġir irresponsabbli tal-Oppożizzjoni u għal darb’oħra ċaħad bl-aktar mod kategoriku dawn l-allegazzjonijiet foloz. Agius Saliba ddikjara bl-aktar mod apert u ċar li huwa kontra l-abort u li jekk ikun elett bħala Membru Parlamentari Ewropew, ser jopponi kull sforz li jista’ jkun hemm biex l-abort jiġi introdott f’Malta.

    Agius Saliba qal li bl-istess riga li l-Oppożizzjoni qiegħda tuża biex tipprova tagħti l-impressjoni li l-Partit Laburista ma rnexxilux jikkonvinċi lill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew dwar l-abort, wieħed għandu jitkellem ukoll fuq kif il-Partit Nazzjonalista qiegħed jonqos milli jitkellem u jopponi d-diversi ideat u pożizzjonijiet inkwetanti li qiegħed jieħu l-kandidat tal-Grupp tal-Popolari Ewropej Manfred Weber li għandu l-appoġġ sħiħ tal-Partit Nazzjonalista. Fir-rigward ta’ diversi temi importanti, Weber qiegħed juri biċ-ċar li għandu pożizzjonijiet ferm kontrastanti mal-pożizzjoni li dejjem kellha Malta u li għaldaqstant wieħed għandu x’jifhem li jekk ikun elett Weber, l-interess nazzjonali ta’ Malta ser ikun attakkat.

    Il-kandidat Laburista rrefera b’mod partikolari għal żewġ ideat li qiegħed jimbutta ‘l quddiem Weber, l-ewwel waħda tkun dik li tinħoloq Armata Ewropea. Agius Saliba qal li din il-proposta tmur direttament kontra l-Kostituzzjoni Maltija li titkellem b’mod ċar fuq l-istatus newtrali tal-pajjiż, u sostna li matul is-snin, in-newtralita’ tal-pajjiż dejjem kienet protetta u riflessa fil-pożizzjonijiet li ħa l-Gvern Malti f’fora Ewropej u Internazzjonali. Barra minn hekk, b’referenza għall-proposata ta’ Weber li kull idea li jippromwovi l-Parlament Ewropewgħandha tigi awtomatikament trasformata f’legiżlazzjoni, Dr Agius Saliba qal li din hija idea perikoluża mmens speċjalment għal Stat żgħir bħal Malta. Huwa sostna li dan jista’ jkun ta’ detrement kbir għal Malta għaliex fost oħrajn, ideat tal-Parlament bħal dik li għandhom jiġu kreati taxxi biex jigi finanzjat b’mod dirett il-bagit tal-Unjoni Ewropea u diversi ideat oħra maħsuba biex ikissru s-sistema tat-tassazzjoni Maltija u s-settur finanzjarju Malti jistgħu  jidħlu fis-seħħ.

    Dr Alex Agius Saliba qal li kontra tal-impressjoni li qed jipprova jagħti l-Partit Nazzjonalista, dawn l-elezzjonijiet Ewropej huma ta’ importanza kbira għal Malta għaliex d-deċiżjonijiet li jittieħdu fi Brussell jaffettwaw direttament l-interess tal-pajjiż u ta’ kull ċittadin. Kien għalhekk li saħaq fuq il-bżonn li Malta jkollha sitt Membri li jaħdmu biex jiddefenduha dejjem u kullimkien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0