€92,000 għal 100 familja Furjaniża

  • Mej 14, 2019 20:17
  • Miktub minn iNews
"

     

    Mitt familja Furjaniża bbenefikaw minn €92,000 f’xogħlijiet mill-Awtorità tad-Djar f’din il-leġiżlatura, qal is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Furjana. 

    Fost ix-xogħlijiet li wettqet l-Awtoritàkien hemm xogħlijiet strutturali, bdil ta’ aperturi, xogħlijiet fuq is-sistemi tad-drenaġġ u xogħol ta’ tisbiħ fost l-oħrajn.

    “Din il-ħidma ssir biex dawn il-familji jgħixu f’binjiet siguri u kemm jista’ jkun f’ambjent aħjar u aktar modern - ħidma li tixhed l-impenn tal-gvern biex iwettaq programm ambizzjuż ta’ riġenerazzjoni ta’ housing estates wara għexieren ta’ snin minsija,” qal is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.

    Semma li terz mill-ammont investit fil-Furjana (€32,000) ġie minn skema li l-Awtorità tad-Djar qed tħaddem mal-kunsilli lokali, li l-Kunsill Lokali tal-Furjana rnexxielu japplika b’suċċess biex 6 blokok ibbenefikaw minn xogħlijiet ta’ embellishment tal-komun. Dan sar skont ix-xewqat u l-prijoritajiet tar-residenti tal-blokok.

    Is-sitt binjiet li bbenefikaw minn din l-iskema jinsabu fi Triq il-Kappuċċini, Triq Sant’Anna, Triq il-Miratur u Triq il-Fosos.

    Preżenti għal din il-konferenza kien hemm is-Sindku Davina Sammut Hili u l-kunsilliera tal-lokal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0