€30.3 miljun qligħ għall-ajruport

  • Mej 15, 2019 14:48
  • Miktub minn iNews
"

     

    Il-kumpanija Malta International Airport (MIA) irreġistrat qligħ ta' €30.3 miljun  għas-sena 2018 li kien ifisser żieda ta' 25.6% fuq is-sena preċedenti.

     

    Dan kien dovut primarjament għal żieda ta' 13.2% fil-passiġġieri li kienet tagħmel parti miż-żieda ta' 11.1% fin-negozju relatat mal-avjazzjoni u dak ta' 14.1% f'dak li jaqa' taħt il-kategorija li mhux avjazzjoni.

     

    Nikolaus Gretzmacher, Ċermen tal-MIA plc, irrimarka huwa u jħabbar ir-riżultat finanzjarju għas-sena li għaddiet li ċ-ċifri jitkellmu għalihom.

     

    Huwa semma kif it-tkabbir tal-kumpanija jisboq dik ta' ajruporti oħra Ewropej u fakkar kif matul is-sena li għaddiet l-ajruport rebaħ il-Best Airport in Europe.

     

    Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Alan Borg, semma kif għal din is-sena l-kumpanija qed tistenna li jgħaddu mill-ajruport mas-7.2 miljun passiġġier.

     

    Huwa qal li matul din is-sena l-kumpanija se tkun qed tinvesti madwar €20 miljun fosthom fit-tkabbir tal-parkeġġ u lukanda.

     

    Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-azzjonisti tal-MIA plc approvat dividend ta' 12ċ għal kull sehem.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0