Tindif f’artijiet proprjetà tal-Gvern, wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Artijiet... din is-sena diġa nġabru 5000 tunnellata ta’ skart

  • Mej 15, 2019 20:35
  • Miktub minn iNews
"

    Wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Artijiet, ġie deċiż li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tibda tintervjeni wkoll f’artijiet li huma proprjeta tal-Gvern Malti, wara li d-diviżjoni rċiviet diversi ilmenti mill-pubbliku. Dan tħabbar illum f’San Ġwann. 

    L-artijiet li se jingħataw prijorità huma dawk li jinsabu f’żoni residenzjali speċjalment dawk li ilhom żmien twil ma jitnaddfu. Ix-xogħol ta’ tindif sar permezz ta’ makkinarju apposta għaliex l-iskart li ntrema matul is-snin, li fil-parti l-kbira tiegħu kien skart ta’ kostruzzjoni, ma kienx aċċessibbli b’makkinarju ieħor. Fejn kellhom jiżżarmaw ħitan minħabba aċċess, dawn se jkunu mibnija mill-ġdid. Dan ix-xogħol huwa addizzjonali max-xogħol kollu li għaddej bħalissa kemm fil-bajjiet, kif ukoll fit-toroq u f’postijiet oħra madwar Malta.

    “Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni dejjem taħdem biex tagħmel l-aħjar possibbli fejn jidħol il-manutenzjoni u ż-żamma tal-lokalitajiet tagħna, mhux biss fil-bajjiet u fit-toroq ewlenija u arterjali, imma wkoll fil-partijiet residenzjali ta’ pajjiżna. Is-soċjetà hija fiċ-ċentru tal-istrateġija tagħna bħala Gvern, u permezz ta’ proġetti bħal dawn qegħdin inkomplu nsaħħu aktar il-ħajja tal-membri tal-komunità, billi noħolqu spazji aktar siguri u nodfa għal kulħadd,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li l-indafa hija ta’ prijorità kbira għal dan il-Gvern u l-inizjattiva tal-lum hija eżempju ċar ieħor ta’ dan. Silvio Parnis fakkar li din il-prijorità tidher ukoll fir-riforma fil-Gvern Lokali, għaliex se jkun hemm tħaddim effettiv ta’ contract management, jogħlew l-istandards u se jkun hemm koordinazzjoni fuq is-sejħa għall-kuntratt tal-ġbir tal-iskart fuq bażi reġjonali. Barra minn hekk, bil-liġi se jibda jkun hemm Kunsillier f’kull Kunsill Lokali responsabbli għall-indafa. Silvio Parnis fakkar ukoll li l-infurzar lokali qed jimraħ ukoll fil-qasam ambjentali. 

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali Deo Debattista spjega li filwaqt li d-Diviżjoni tagħmel l-almu tagħha biex iżżomm pajjiżna nadif, anka bl-għajnuna tal-ftehim li mal-aġenzija LESA, imma jappella biex postijiet bħal dawn jinżammu indaf għall-ġid tal-pubbliku kollu speċjalment għall-ġid tar-residenti. “L-għan prinċipali tagħna dejjem jibqa’ l-ġid u s-saħħa tal-pubbliku, għalhekk huwa kruċjali li skart illegali bħal dak ta’ kostruzzjoni jintrema skond il-liġi biex ikun evitat periklu bla bżonn,” ikkonkludaDeo Debattista. 

    Matul din is-sena diġa nġabru madwar 5000 tunnellata ta’ skart mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0