Trump jiddikjara emerġenza nazzjonali wara li s-sistema informatika tal-Istati Uniti tisfa mhedda

  • Mej 16, 2019 09:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara emerġenza nazzjonali bil-għan li jipproteġi n-netwerks informatiċi nazzjonali minn theddid barrani.

    Huwa ffirma ordni eżekuttiva li effettivament iwaqqaf lill-kumpaniji Amerikani milli jagħmlu użu minn servizzi fl-industrija tat-telefonija li huma meqjusin li huma ta’ theddida nazzjonali.

    L-ordni ma tagħmel referenza għall-ebda kumpanija, madankollu esperti jsostnu li din l-ordni daħlet fis-seħħ minħabba l-kumpanija Huawei.

    Intant il-kumpanija Ċiniża qalet li r-restrizzjoni tagħha li twaqqaf il-kummerċ fl-Istati Uniti se jkun qed jolqot lill-konsumatur u l-kumpaniji Amerikani.

    Diversi pajjiżi, immexxijin mill-Istati Uniti, matul l-aħħar xhur urew it-tħassib tagħhom li l-prodotti tal-Huawei jistgħu jintużaw miċ-Ċina għal skopijiet ta’ spjunaġġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0