Maġistrat jitlob l-att ta' akkuża fil-konfront ta' Liam Debono

  • Mej 16, 2019 13:33
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Maġistrat Joseph Mifsud talab lill-Avukat Ġenerali biex jippreżenta l-att ta' akkuża fil-konfront ta' Liam Debono, iż-żagħżugħ li qed jiġi mixli bl-attentat ta' qtil tas-Surġent Simon Schembri.

    Huwa rrimarka dan wara li l-Ispettur Pierguido Saliba nfurmah li l-prosekuzzjoni kienet ressqet il-provi kollha fil-konfront taż-żagħżugħ ta' 17-il sena li allegatament saq għal fuq is-Surġent Schembri wara li dan waqqfu f'Ħal Luqa waqt li kien qiegħed isuq.

    L-inċident kien seħħ fil-15 ta' Mejju 2018 bil-pulizija spiċċa tilef idu tal-lemin wara li għamel diversi jiem fil-periklu tal-mewt fuq dan il-każ li xxokkja lill-pajjiż.

    Il-Maġistrat Mifsud irrimarka kif f'inqas minn sena saru 22 seduta dwar dan il-każ u nstemgħu 87 xhud biex issa li l-prosekuzzjoni ma baqalix aktar provi xi tressaq kien xieraq li tinħareġ l-att tal-akkuża biex il-ġustizzja ssir fi żmien raġjonevoli kemm mal-akkużat kif ukoll mal-vittma.

    F'dan il-każ Debono, li qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih, għandu jiddefenduh lill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0