Milan jimxu fuq l-eżempju ta’ Arsenal

  • Mej 16, 2019 16:57
  • Miktub minn iNews
"

    Milan ser jippruvaw jieħdu eżempju minn Arsenal u jakkwistaw players żgħażagħ li apparti li jistgħu jservuhom għall-futur, meta jiġu biex ibigħuhom idaħħlu kemxa ġmielha. Dan il-mudell diġa qed jibda jiġi segwit hekk kif f’Jannar li għadda huma akkwistaw is-servizzi ta’ Krysztof Piatek (23 sena) u Lucas Paqueta (21 sena).

    Dan kollu sewa lill-club Rossonero is-somma ta’ €70 miljun biss. L-għan tad-diriġenti tal-klabb hu wkoll li jtemmu l-kuntratti ta’ plejers oħra li jew waslu biex jirtiraw jew inkella jinsabu fl-aħħar tal-kuntratt tagħhom bħal Abate, Zapata, Montolivo, Mauri u Bertolacci. Fuq kollox Milan ser jinvestu iktar fuq scouting tant li ser jimpjegaw persuni ġodda li jkunu jistgħu jaraw talenti ġodda li jistgħu jiġu akkwistati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0