Alfred Sant: “Il-proposta ta' Manfred Weber għal vot maġoritarju dwar it-tassazzjoni hi perikoluża għal Malta”

  • Mej 16, 2019 18:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-posizzjoni ta’ Manfred Weber, Kap tal-Partit Popolari Ewropew li se jimbotta biex ikun hemm bidla għal vot maġoritarju fuq it-tassazzjoni fl-istati membri kollha tal-UE hija perikoluża ħafna għal Malta. Dan qalu Alfred Sant b’reazzjoni għall-kumment ta' Frans Timmermans  li qal li se jimbotta għal taxxa minima ta' 18% fuq ir-rati tat-taxxa fuq il-profitt tal-kumpanniji jekk ikun elett Kummissarju Ewropew. 

    Alfred Sant qal li l-proposta ta’ Weber tipperikola bil-kbir il-posizzjoni ta’ Malta ta’ awtonomija sħiħa fuq kwistjonijiet ta’ tassazzjoni.  

    “Il-proposta ta’ Weber tiftaħ beraħ il-bibien għal proposti bħal dik ta’ Timmermans li jimbuttaw għal taxxa minima ta’ 18% fuq ir-rati tat-taxxa fuq il-profitt tal-kumpanniji. Dan għaliex il-proposta ta’ Weber ikollha l-appoġġ tal-Partit Popolari Ewropew li x’aktarx ikun l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew.”

    Il-proposti ta’ Weber u ta’ Timmermans  dwar it-tassazzjoni  mhumiex fl-interess ta’ Malta. Il-PN diġà ivvota favur il-posizzjoni ta’ Weber u bla dubju jerġa’ jappoġġjah dwar din il-proposta fil-futur.Il-Partit Laburista Malti se jkompli jivvota b’mod konsistenti fil-Parlament Ewropew kontra l-posizzjonijiet ta’ Manfred Weber u ta’ Frans Timmermans, ikun xemx jew xita, qal Alfred Sant.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0