Ir-wrestler leġġendarju Ric Flair jiddaħħal b'emerġenza fi sptar f'Atlanta … Rapporti jgħidu li jinsab f'kundizzjoni serja

  • Mej 16, 2019 19:46
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-wrestler leġġendarju Ric Flair iddaħħal b’urġenza fi sptar f’Atlanta għall-kura. Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar x’kundizzjoni medika wasslet għal din l-emerġenza.

    Skont dak rapportat mis-sit TMZ, Flair, li għandu 70 sena, ittieħed l-Emerġenza tal-isptar, bis-sit jisħaq li l-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja.

    Fl-2017 Flair kien f’koma għal 11-il ġurnata u kien rapportat li kien fil-periklu tal-mewt wara problemi kbar ta’ saħħa fl-imsaren. Huwa eventwalment irkupra wara operazzjoni twila.

    Flair baqa’ attiv fix-xena tar-wrestlin sa ftit tas-snin ilu meta kellu fuq is-60 sena., u saħansitra deher fil-35 edizzjoni ta’ Wrestlemania.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0