Programm speċjalizzat maħsub sabiex jgħin persuni li esperjenzaw il-prostituzzjoni u bħalissa qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • Mej 16, 2019 21:12
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi ffirma ftehim mas-Sorijiet tal-Karità li permezz tiegħu ser ikun qed jiġi provdut servizz speċjalizzat maħsub sabiex jgħin persuni li esperjenzaw il-prostituzzjoni u bħalissa qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija. Wara diskussjonijiet bejn is-Segretarjat Parlamentari, is-Sorijiet tal-Karità u t-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, se jsir investiment ta’ €40,000 f’dan il-programm speċjalizzat.

    Dan hu l-ewwel programm ta’ din ix-xorta provdut mill-istat li għandu l-iskop li jgħin persuni li jridu joħorġu mill-prostituzzjoni jagħmlu dan. Il-benefiċjarji ta’ dan il-programm ser ikunu megħjuna jiksbu taħriġ f’xogħol tal-idejn, ħiliet bażiċi kif ukoll preparazzjoni għall-isfidi marbutin mal-ħajja lil hinn mill-prostituzzjoni. Is-servizz ser jiġi offrut mis-Sorijiet tal-Karità li diġà jagħmlu ħidma kbira ma’ persuni vulnerabbli li jinsabu fil-prostituzzjoni, b’mod speċjali bl-operat ta’ Dar Hosea. Il-priġunieri ser ikollhom ukoll l-opportunità li jirċievu assistenza minn professjonisti u jibnu rapport magħhom li jkun utli għalihom wara li jiskonaw is-sentenza tagħhom.

    Din il-miżura hija biss l-ewwel pass fir-riforma pjanata mill-Gvern dwar il-prostituzzjoni. Il-prijorità ewlenija ta’ din ir-riforma hija li tagħti għajnuna lil persuni vulnerabbli li jiġu sfruttati fil-prostituzzjoni. Is-Segretarjat Parlamentari għaddej b’diskussjonijiet fi ħdan il-Gvern sabiex jiġu kkunsidrat l-iżvilupp ta’ servizzi permanenti għall-vittmi tal-prostituzzjoni. 

    Fid-diskors tagħha waqt l-iffirmar ta’ dan il-kuntratt, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li l-Gvern huwa determinat li jgħin lil persuni vulnerabbli, b’mod speċjali dawk ir-realtajiet soċjali li kienu injorati għal ħafna żmien. Semmiet kif il-Gvern qed jaħdem mill-qrib ma’ entitajiet non-governattivi sabiex l-għajnuna tasal għand min għandu bżonnha b’mod effettiv. 

    “Qed noqgħodu attenti li dak li ngħidu u dak li nagħmlu ma jkomplix iżid l-istigma fuq dawn il-persuni. Il-prijorità tagħna hija li nagħtu tama ġdida lil nies li ma kellhomx għażla oħra ħlief li jirrikorru għal prostituzzjoni. L-istat ser jibda jagħti l-għodda meħtieġa sabiex jipprepara lill-priġunieri qabel ma joħorġu lura fis-soċjetà,” qalet is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli.

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li hu jemmen ħafna fil-volontarjat.

    Huwa semma kif matul il-leġiżlatura li għaddiet kien responsabbli mis-soċjal fejn kien diġà daħal fi ftehim ma’ diversi entitajiet li jgħinu lil individwi fil-bżonn.

    “Jiena nemmen li l-Faċilità u l-entitajiet governattivi jistgħu jagħmlu ħafna xogħol. L-inizjattivi u ftehmiet ma’ entitajiet volontarji jistgħu jwasslu biex intejjbu s-servizzi li jingħataw. Il-ħidma tal-After Care trid tkompli tissaħħaħ u ma tieqafx biss ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex l-familjari u l-ġenerazzjonijiet tar-residenti fil-Faċilità ma jaqgħux fix-xibka tal-prostituzzjoni, fil-vizzju u fiċ-ċirku ta’ kriminalità. Nawgura li dan il-ftehim ikun suċċess u jibbenefikaw il-persuni vulnerabbli dawk li l-iktar għandhom bżonn,” għalaq il-Ministru Michael Farrugia.

    Il-ftehim dwar dan il-programm ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru s-Sur Vince Muscat u Suor Salvina Bezzina f’isem is-Sorijiet tal-Karità, fil-preżenza tal-Ministru Michael Farrugia, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli, u d-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin il-Kurunell Alex Dalli. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0