Aġġornat: ĠURI: Il-ġurati jiddeliberaw għada filgħodu

  • Ġun 17, 2013 10:34
  • Miktub minn
"

    19.30: Kien għall-ħabta tas-18.00 li l-Imħallef Laurence Quitano temm l-indirizz tiegħu. Hu kien ilu jindirizza l-ġurati mill-10.30 ta' dalgħodu. Il-ġurati mistennija jidħlu jiddeliberaw għada filgħodu fid-9.00.

    Aktar kmieni: Kontra dak mistenni, il-ġuri ta' David Zerafa l-Pixka, dalgħodu ssokta bix-xhieda ta' ħutu. Minkejja li kienu diġà taw ix-xhieda tagħhom. Jirriżulta li 'lbieraħ kien ippreżentat rikors fil-Qorti, min-naħa tal-Prosekuzzjoni, dwar ix-xhieda li taw ħut l-akkużat. Il-Prosekuzzjoni qalet li x-xhieda li taw ħut l-akkużat ma taqbilx ma dak li kienu qalu fl-istqarrija lill-Ispetturi. Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Laurence Quintano ordna liż-żewġ aħwa biex jagħtu x-xhieda tagħhom.

    Illum mill-ġdid tela' jixhed Emanuel Zerafa, ħu David u qal li filgħodu tal-għada li seħħ id-delitt, kien xogħol. Qal li ħuh kien id-dar dakinhar. “Ma niftakarx min kien staqsieni minnhom fejn kien ħija, jekk kienx l-Ispettur Pullicino jew l-Ispettur Antonello. Iżda li naf huwa li jien lil xi ħadd minnhom għedtlu li David kien id-dar,” qal Emanuel Zerafa fix-xhieda tiegħu.

    Tela’ jixhed ukoll Jeffrey Zerafa, li wkoll huwa ħu l-imputat. L-Imħallef qara l-istqarrija fejn Jeffrey qal li ħuh x’aktarx kien id-dar u mhux Malta. Kien qal li lill-Pulizija, li d-dar kien hemm missieru u ommu, u ż-żewġ ħuti, però ma nafx jekk David kienx hawn (Għawdex), jew Malta. Kien qal li David aktarx kien id-dar.

    “Jien kif ġew il-Pulizija kien hemm Manuel fil-garaxx u jien u ommi rajna sitt karozzi tal-Pulizija. Ommi waqgħet mal-art b’ħass ħażin. Jien bdejt naħsel wiċċ ommi. Jien mhux veru bdejt ngħajjat. Ommi fetħitilhom il-bieb u ħija qalilhom biex jidħlu jfittxu u jaraw li jridu. Jien ma nstejtx x’għedt nhar il-Ġimgħa. Jien lill-Ispettur lanqas għetdlu li kont ċert li kien Malta, għedtlu seta' kien Malta.

    Ħija kien id-dar żgur naqta' rasi. Sa filgħodu hemm żgur kien. Jien x’ħin ġew id-dar tkexkixna lanqas kont naf għaliex ġew. Hu kien iħobb jagħmel xi sajda, u kien imur jagħmel ġimgħa ġimgħa hemm hekk,” qal Jeffrey Zerafa fix-xhieda li ta llum.

    L-avukat difensur Malcolm Mifsud qal li Rodney Vella ma ġiex biex jispjega ruħu. Qal li kienu l-aħwa li ġew biex jispjegaw ruħhom. Huwa żied jgħid li issa l-aħwa kkonfermaw dak li qalu jumejn ilu, u daħlu aktar fid-dettal dwar x’jaħsbu fejn kien David Zerafa.

    L-aħwa qed jgħidu li raw lil David jitla' fil-kamra tiegħu, qal li jekk kien hemm xi ħadd vag kienu l-Pulizija, għax qatt ma staqsew dwar il-ħin. Li jimporta hu fejn kien filgħaxija u l-probabiltà hi li kien id-dar fin-Nadur.

    Ix-xhieda ta’ dawn iż-żewġ aħwa, twaqqa' ix-xhieda kollha li taw ix-xjentisti u l-Pulizija. “Għax jekk mintix fuq il-post kollox jaqa’. Ħadd mix-xjentisti ma qal li l-klijent tiegħi kien fuq il-post. Għax il-kanuni kollha kienu fuq il-klijent tiegħi,” qal l-Avukat Mifsud.

    Manuel Zerafa qal li mija fil-mija li ħuħ kien id-dar. Jeffrey qal li “naqta' rasi li ħija kien id-dar.” Huma jafu l-fatti għax għexuhom. Anke l-akkużat, qal li kien id-dar. Huma nies sempliċi, għalkemm ma għandhomx edukazzjoni, però jespirmu ruħhom bil-mod tagħhom, kompla jgħid l-avukat difensur.

    Min-naħa l-oħra, Marija minkejja li indikat l-għajnejn, ma identifikat lill-akkużat fl-awla. “Kif jista' jkun li tagħrfu minn l-għajnejn biss f’ħakka ta’ għajn u taħt xokk,” qal l-Avukat Mifsud. Intant l-Imħallef beda l-indirizz tiegħu.

    Ritratt: Joe Grech

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1