Aġġornat: "Jekk kien hawn xi ħadd imweġġa' bl-attakki ta' Bondi huwa jien" - PM

  • Ġun 17, 2013 11:13
  • Miktub minn
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jekk hemm xi ħadd li kien attakkat bl-aktar mod frontali minn Lou Bondi kien hu stess.

    Huwa żied jgħid li għalhekk jekk hemm xi ħadd imweġġa' bl-attakki ta' Lou Bondi huwa hu. Madankollu qal li meta wiegħed li se tinbeda paġna ġdida dan li kien qiegħed ifisser. Il-Prim Ministru qal dan meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet fil-bini ta' Price Water House Coopers.

    “L-għażla ta' Lou Bondi f'dan il-bord partikolari ġejja mill-fatt li kont ngħid li wasal iż-żmien li Malta kollha tiċċelebra l-Indipendenza u l-Ħelsien. F'pajjiżna għad hawn Nazzjonalisti li jħossu li l-Ħelsien mhux fetsa tagħhom u Laburisti li jħossu li l-Indipendenza ma kienet Indipendenza xejn. Dak iż-żmien irid jinbidel,” qal il-Prim Ministru.

    Huwa żied jgħid li għalhekk fil-bord hemm nies minn kull qasam u minn kull opinjoni. Huwa qal li din hija parti mill-wegħda tiegħu li l-festi nazzjonali jkunu ta' kulħadd.

    Intant, iktar kmieni llum, inewsmalta.com ipprova jieħu kumment ta' Lou Bondi dwar il-ħatra tiegħu f'dan il-bord. Bondi qal li ma jkunx korrett jekk iwieġeb il-mistoqsijiet tagħna, filwaqt li talabna li jekk għandna xi mistoqsijiet f'dan ir-rigward nagħmluhom lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

    Filmat: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    17