Aġġornat (2),: Aktar minn 40 ħabsi qed jieħdu sehem fl-istrajk tal-ġuħ

  • Ġun 17, 2013 11:53
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    17.06: Hekk kif id-direttur tal-ħabs jinsab għaddej b’diskussjonijiet mal-ħabsin barranin, jidher li qed jiltaqa’ magħhom tnejn tnejn. Minkejja dan, skont is-sorsi tagħna fil-ħabs jidher li l-ħabsin barranin li qegħdin jieħdu sehem f’dan l-istrajk tal-ġuħ huma aktar minn 40 persuna.

    16.08: Il-Ministeru tal-Intern ikkonferma li għaddej dan l-istrajk tal-ġuh.

    Stqarrija tal-gvern qalet: "Illum, fil-ħdax ta’ filgħodu tmintax-il resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kollha ta’ nazzjonalità barranija,bdew strajk tal-ġuħ. Ir-residenti qed jitolbu:

    • Li jingħataw aktar minn mitt jum maħfra li ngħatat mill-Gvern
    • Jinħafrulhom multi imposti lilhom mill-qorti u
    • Biex ġaladarba jservu l-piena tagħhom, jibqgħu jgħixu f’pajjiżna.

    Bħalissa d-direttur tal-ħabs għaddej b’diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tar-residenti. Hemm tabib preżenti liwkoll qed isegwi lil dawn ir-residenti."

    12.21: inewsmalta.com jista' jikkonferma li dan l-istrajk tal-ġuh inbeda. Fis-sigħat li ġejjin dawn il-priġunieri mistennija jkollhom laqgħa mad-direttur tal-ħabs.

    Iktar qabel: Għalkemm għalissa l-aħbar għadha ma ġietx ikkonfermata b’mod uffiċjali, inewsmalta.com jista’ jiżvela li fis-sigħat li ġejjin għadda ta’ priġunieri barranin li jinsabu residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jistgħu jkunu qegħdin jagħmlu strajk tal-ġuħ minħabba sensiela ta’ affarijiet li qegħdin iħossu li saru b’mod inġust magħhom.

    Sorsi mill-ħabs spjegaw lil inewsmalta.com li dawn il-priġunieri jinsabu mdejqin hekk kif qegħdin iħossu li qegħdin isofru inġustizzja.

    Fost l-oħrajn, qed jiġi allegat li meta sarulhom l-interrogazzjonijiet malli ġew arrestati ma kienx hemm ebda avukat preżenti u dawk li talbu avukat ġew imċaħħdin minnu. Hu allegat ukoll li ħafna mill-informazzjoni fl-istqarrijiet tal-priġunieri nkisbet b’tortura psikoloġika jew intimidazzjoni, iżda madankollu jingħad li din xorta ntużat mill-Maġistrati jew l-Imħallfin meta nstemgħet il-kawża.

    Il-priġunieri qegħdin iħossu wkoll li l-priġunieri li huma ċittadini ta’ Malta għandhom ċerti benefiċċji li huma m’għandhomx, fosthom il-fatt li meta ċittadin Malti ma jkun wettaq ebda reat ieħor qabel jingħata sentenza differenti. Ma’ dan jallegaw ukoll li ma jiġux inklużi fi programmi ta’ integrazzjoni.

    Fattur ieħor li qiegħed jurta lil dawn il-priġunieri barranin u li semmewlna s-sorsi tagħna hu l-fatt li allegatament hemm uħud minn fosthom li ilhom il-ħabs għal diversi snin mingħajr ma nqatgħetilhom is-sentenza. Isostnu li dan imur kontra d-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem.

    Għaldaqstant, jidher li l-iskop tal-istrajk se jkun biex il-Gvern Malti jnaqqsilhom is-sentenzi tagħhom skont l-istandards Ewropej u li jibgħat lill-priġunieri barranin li jkunu jridu biex jiskontaw is-sentenza f’pajjiżhom. Fl-istrajk mistennijin jieħdu sehem mas-70% tal-priġunieri barranin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    24