"Qatt ma nħbiet informazzjoni dwar il-Bumunqar l-Aħmar"

  • Ġun 17, 2013 13:37
  • Miktub minn
"

    Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, għamel referenza għal numru ta' artikli li dehru riċentament fuq diversi mezzi tal-midja fejn qal li kontra dak li ġie rrapurtat, id-Direttorat jixtieq jiċċara li fl-ebda mument ma nżammet lura xi informazzjoni dwar il-preżenza tal-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm ġewwa Għawdex.

    Fl-istqarrija ntqal li l-infezzjoni ta' dan l-insett ġiet irrappurtata fil-gżira ta' Għawdex f'Ottubru tal-2012. "Immedjatament, u wara li saru l-ispezzjonijiet neċessarji, il-gżira ta' Għawdex ġiet iddikjarata bħala żona dimarkata permezz tal-Avviż Nru. 1083 fuq il-Gazzetta tal-Gvern," qalet l-istqarrija.

    Dan l-insett, li jagħmel ħerba mill-palm, instab l-ewwel darba f'Malta fl-2007. Fl-2008 l-istess Direttorat ippreżenta pjan ta' azzjoni għall-kontroll ta' dan l-insett li daħal fis-seħħ fl-istess sena. Dan il-pjan jiġi emendat kull sena kif meħtieġ wara li jittieħdu u jinħarġu r-riżultati tas-sorveljanza u monitoraġġ li jsiru mill-istess Direttorat, intqal fl-istqarrija.

    Id-Direttorat qal li sa mill-bidu tas-sejba ta' dan l-insett f'Għawdex, żamm l-awtoritajiet kif ukoll il-pubbliku infurmat. Aktar kmieni din is-sena intbagħtet kommunikazzjoni lil dawk kollha li huma responsabbli mill-palm, u li għandhom siġar tal-palm fil-proprjetà tagħhom (skont ċensiment li sar ftit tas-snin ilu),, fosthom il-Kunsilli Lokali, uffiċjali mil-Ministeru għal Għawdex, entitajiet pubbliċi u privati, residenti privati ġewwa Għawdex li ddikjaraw mad-Direttorat li għandhom is-siġar tal-palm, kif ukoll dawk kollha li jkabbru dawn is-siġar (nurseries),. B'kollox intbagħtu 546-il kommunikazzjoni (permess ta' ittri jew imejls), ġewwa Għawdex.

    Id-Direttorat huwa impenjat biex dan l-insett jibqa' taħt kontroll. Dan huwa wkoll possibbli grazzi għall-koperazzjoni tal-pubbliku li hu mitlub li meta jara siġar tal-palm infettat dan javża lid-Direttorat sabiex jiġi ggwidat fuq il-miżuri adekwati li għandu jieħu. In-numri tat-telefon fejn wieed jista' jirrapporta dawn il-każijiet huma 22927454 jew fuq freephone 80072310.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0