[FILMAT] “Bħala MEPs irridu nikkomunikaw aħjar il-messaġġ tal-UE”

  • Mej 22, 2019 13:18
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Il-Membru Ewroparlamentari Miriam Dalli tisħaq fuq id-differenza bejn l-elezzjoni tal-2014 u dik tal-2019, il-bżonn ta’ kommunikazzjoni politika effettiva, u l-isfidi oħra li qegħdin jiffaċċjaw l-Unjoni Ewropeja 

    Sejra tikkontesta għal darba oħra għal Membru fil-Parlament Ewropew, f’elezzjoni li kemm is-sondaġġi, u kif ukoll l-opinjoni pubblika, qegħda tistenna rebħa kbira għall-Partit Laburista. Fl-opinjoni tiegħek, x’differenza qiegħed tara bejn il-kampanja tal-2019, u dik tal-2014?

    L-iktar differenza skjetta hija li n-nies llum huma iktar konxji ta’ dak li ġara fil-Parlament Ewropew. Ir-raġuni għal din hija li pajjiżna, għal dawn l-aħar snin, kien suġġett għal attakk inġusti. Kellna Membri Ewroparlamentari tal-Partit Nazjonalista, li dak li kien qiegħd jiġri f’Malta, huma kienu qegħdin jieħduh fil-Parlament Ewropew. Dik, lin-nies dejqithom. Din hija d-differenza ċara bejn l-elezzjoni tal-2014 u tal-2019.

    Ix-xenarju politiku lokali huwa wkoll differenti: Dakinhar, kellek Partit Laburista li kien ilu biss sena fil-Gvern, kien għadu kif beda jindirizza kwisjtonijiet bħall-qgħad, id-defiċit u d-dejn nazzjonali.. Illum, sitt snin wara li l-Gvern Laburista kien elett għall-ewwel darba, għandna xenarju u sfidi differenti: Qegħdin nitkellmu fuq Gvern li qiegħed jirreġistra surplus, u fuq ħaddiema li għandhom impjieg. Il-kwistjonijiet li qegħdin niffaċċjaw llum huma għal kollox differenti: il-ħtieġa ta’ kundizzjoniijet aħjar fix-xogħol, nies li joħorġu jaħdmu iżda jixtiequ jkollhom iktar ħin ta’ kwalita’ mat-tfal tagħhom… huma sfidi ġodda, pero pożittivi.

    Dawn huma kollha sintomi ta’ pajjiż li matul dawn l-aħħar snin, ttrasforma ruħu totalment.

    Matul dawn l-aħħar ħames snin, rajna lil Malta tissaħħaħ ekonomikament, filwaqt li l-Unjoni Ewropeja saret waħda iktar mifruda f’ċertu setturi, Unjoni li ma laqgħetx b’mod saħħtu biżżejjed għat-theddida tal-Lemin Estrem, u fejn il-vuci Ewroxettika kompliet tissaħħaħ, iktar milli tiddgħajjef. Għadek temmen li l-proġett Ewropew għadu vijabbli u essenzjali għall-poplu Ewropew?

    It-tweġiba fuq x’se tkun it-triq li sejra tieħu l-Unjoni Ewropeja tal-ġejjieni, se tkun kruċjali. Brexit huwa każ klassiku: Wieħed mill-ikbar stati membri, li sa ftit żmien ilu kien jissimbolizza l-Unjoni Ewropeja, li filli jridu joħorġu, filli ma jafux kif.. hemm mistoqsijiet kbar fuq x’inhija d-direzzjoni li jrid jieħu l-pajjiż Brittanniku. Pero ma’ din in-nuqqas ta’ ċertezza, hemm nuqqas ta’ sigurta’ fuq livell tal-Parlament Ewropew, u fuq kif il-pajjiżi l-oħra sejrin jirreaġixxu wara deċiżjoni bħal din. Għandek ukoll iż-żieda tal-partiti tal-lemin estrem: Wieħed issa irid jara x’saħħa ser ikollhom f’dawn l-elezzjonijiet. Jien ma naħsibx li s-saħħa ta’ dawn il-partiti sejra tonqos, pero wieħed jistenna u jara kemm se tkun kbira din is-saħħa, u kif jista jinbidel ix-xenarju u l-karatteristiċi tal-Parlament Ewropew. Jiena ma nistax nassumi x’ser jiġri minn qabel, għaliex kollox jiddipendi minn liema partiti rappreżentati sejrin jiġu eletti. L-iktar ħaġa mportanti hija li aħna bħala MEP, nużaw il-ħiliet u l-abbiltajiet tagħna, li nġibu nies minn gruppi differenti, u nsibu kompromess.

    Bħalissa qiegħda tiġi f’moħħi il-kwistjoni tal-ambjent: jekk ħa nagħmlu liġi biex inaqqsu t-tniġġis, ir-realta hija li l-PPE ser ikun wieħed mill-partit b’saħħithom li sejrin joħorġu kontra proposti bħal dawn. Inti trid tara ma min ser tagħmel alleanzi differenti biex tasal għal tibdil tanġibbli..

    L-immigrazzjoin tibqa sfida ewlenija wkoll: Sfortunatament, għal żmien twil, kellna kontinent li dan il-fenomenu pprova jitfgħu taħt it-tapit, mingħar ma jkollu politika għat-tul, li tindirizza aspetti differenti tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni, biex verament ngħidu “Għandna pjan ħolistiku.” Jekk l-UE tibqa għaddejja b’din it-tendenza, sejra tkompli toħroq ċertu sens ta’ frustrazzjoni. Għalhekk nixtieq nara Unjoni Ewropeja li tħares lejn l-immigrazzjoni b’mod komplet: Tħares lejn l-għeruq ta’ din il-problema, u nsibu soluzzjoni effettiva. 

    X’inhuma l-ikbar intoppi jew nuqqasijiet li bħalissa hemm fl-Unjoni Ewropeja, u fl-istituzzjonijiet tagħha? U x’bidliet kieku tipproponi li jsiru fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej?

    Id-distakk li kien hemm bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, u ċ-ċittadin, mhix xi ħaġa li nibtet matul dawn l-aħħar ħames snin biss. Hija problema li ilha tissemma:  persuni minn pajjiżi totalment differenti, fl-irħula tagħhom, jgħidulek li huma mhix neċessarjament jafu x’inhuwa jiġri fi ħdan l-Unjoni Ewropeja, anke jekk is-suġġett ikun wieħed li qiegħed jaffetwahom b’mod dirett.

    Qiegħed ngħid hekk mhix għal pajjiżna biss: Mort ma’ kollegi tiegħi f’pajjiżi bħall-Ingilterra, fejn rajt dan is-sens ta’ distakk li hemm. Xi kultant hija diffiċli għal persuna li jkun konxju ta’ dak kollu li jiġri fi ħdan l-Unjoni Ewropeja, għaliex qegħdin jiġru affarijiet differenti f’pajjiżi differenti, pero l-irwol tagħna bħala MEPs huwa li nġibu dik il-politika Ewropeja b’mod li nikkomunikawha lin-nies fid-djar tagħhom.

    Din il-politika ta’ ħafna kliem diffiċli, bħala MEP kellna, u għandna l-obbligu li nittrasmettuh f’lingwaġġ li n-nies jkunu jistgħu jifhmu iktar. Irnexxielna? Qatt mhu ħa jirnexxielek mija fil-mija, pero jiena ntenni li nixtieq inkompli għaddejja b’din it-tip ta’ politika.  Vera li aħna pajjiż żgħir, pero aħna biss 6 Membri Ewroparlamentari. Pajjiżi ikbar għandhom numru ikbar ta’ delegati, u nassumi li jekk dawn l-MEPs ikunu jistgħu jaqsmu l-pajjiż kostitwenti tiegħu, ikun jista jitkellmu man-nies b’mod ħafna iktar frekwenti u effettiv.

    Fl-aħħar mill-aħħar, il-politika tiddependi ħafna fuq il-kommunikazzjoni: Iva, hemm bżonn li ċertu deċiżjonijiet jiġu meħudha, u ċertu policies jkunu fformulati, pero din tkun qegħda hemm biex tagħmel benefiċċji lin-nies, u din għandha bżonn tkun ikkomunikata man-nies. Hemm bżonn li nkunu ta’ pont ikbar bejn il-poplu tagħna u dak li jiġri ġewwa Brussell, u nassiguraw li din tasal għand id-djar tagħhom.

    Ftit ilu semmejt il-kritka: Kieku kelli insaqsik tiddefinixxi l-linja bejn kritika ġusta, u dik li hija inġusta? Bħala politika, kif tara d-differenza bejniethom?

    Sfortunatament, kellek Membri Ewroparlamentari li kienu ġejjin minn pajjiżna, li kienu qegħdin ma’ kull okkażjoni, jikkritikaw lil Malta. Nagħmel differenza skjetta bejn kritika kostruttiva, u dik fejn, għal kull okkażjoni, trid titfa dell negattiv fuq pajjiżna.

    Kien hemm każijiet fi ħdan il-Parlament Ewropew, fejn Membri Ewroparlamentari minn stati membri oħra, meta kellhom isem pajjiżhom msemmi b’mod negattiv f’xi riżoluzzjoni, anke meta kienu ġejjin mill-kamp tal-Oppożizzjoni, xorta ddefendew ir-reputazzjoni ta’ pajjiżhom u għamlu minn kollox biex ineħħu isimhom. Imbagħad tara MEP’s tal-Partit Nazzjonalista, li għamluha l-cavallo di battaglia tagħhom li jkunu f’delegazzjonijiet suppost indipendenti, b’aġenda sfaċċatament partiġġjana, u jagħmlu konferenzi tal-aħbarijiet ma’ nies bħal Sven Giegold biex jikkritkaw lill-pajjiżna. Imbagħad, meta dan wasal għall-konklużjoni li pajjiżna għandhom jittieħdulu l-voti u jiġi sospiż, bdew jiddistakkaw rwieħhom minn din id-dikjarazzjoni. Għalija, din attitudni ta’ politiċi li jaraw fl-immedjat, u mhix l-effetti fit-tul.

    Dawn huma l-konsegwenzi li jiena, fil-ħames snin li ġejjin, ma rridx nerġa nara. Sta għall-poplu li jagħżel lis-sitt rappreżentanti li jiddefendu lill-pajjiżna mingħajr ma jiddejqu, li ma jiddejqux jikkritikaw nies li ġejjin mill-grupp politiku tagħhom, u li jispjegaw bl-iktar mod ċar kif isiru l-affarijet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0