Tliet clubs jiġru wara l-firma ta’ Patrick Cutrone

  • Mej 22, 2019 15:34
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet timijiet mis-Serie A jiġifieri Atalanta, Torino u Fiorentina huma interessati li jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Milan Patrick Cutrone. Dan tal-aħħar ftit sab post fl-ewwel ħdax tal-kowċ Gennaro Gattuso wara li f’Jannar li għadda r-Rossoneri xtraw lill-attakkant Pollakk Kyzstof Piatek mingħand Genoa. Wara dak iż-żmien, il-minuti tal-player li twieled fis-sena 1998 naqsu bil-kbir u fil-fatt hu qed jikkunsidra l-futur tiegħu. Min-naħa tagħhom id-direttur sportiv Leonardo ma jixtieqx ineħħi lil dan il-player li hu sostitut ta’ lussu għal Piatek. Fl-istess ħin, il-bejgħ tal-attakkant Milanist jaf iġib ċertu qligħ lejn Milanello hekk kif bħalissa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-club mhux kollha ward u zahar.

    Milan għad fadlilhom ċans li jidħlu jilagħbu fil-UEFA Champions League hekk kif jinsabu punt biss bogħod minn Atalanta u Inter. Huma jilagħbu l-aħħar partita tagħhom barra minn darhom kontra SPAL.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0