“Il-proġett tat-tisqif tal-mina jista’ jimmaterjalizza ruħu”

  • Mej 22, 2019 15:49
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħabbar kif wegħda elettorali oħra ġiet imwettqa hekk kif ġie mħabbar mill-Ministru José Herrera li l-proġett tat-tisqif tal-mina jista’ jimmaterjalizza ruħu.

    Il-Ministru Herrera saħaq kif dan il-Gvern qiegħed ikompli jisma' b’mod dirett lin-nies u dan huwa proġett ieħor fejn il-poplu Vendriż u dawk tal-madwar se jkunu qegħdin fi żmien li ġej igawdu minn spazju miftuħ. Il-Gvern qiegħed jagħti widen lil mijjiet ta’ residenti li tul is-snin kellhom jesperjenzaw storbju u emissjonijiet tal-karozzi li jgħaddu minn Triq Reġjonali.

    Il-Ministru José Herrera ħabbar li l-istudji preliminari wera kif dan il-proġett jirrikjedi investiment ta’ kważi 20 miljun ewro fejn huwa maqsum fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi tkun dik ta’ tisqif u l-estensjoni tal-mini magħrufa ta’ Santa Venera li tasal sa Triq il-Blata il-Kaħla; it-tieni fażi tkun dik ta’ parkeġġ għall-pubbliku li jieħu madwar 120-150 karozza kif ukoll fil-livell ta’ fuq jinbidel fi spazju miftuħ bi ġnien tul is-sezzjoni kollha.

    Dan il-proġett għandu jwassal sabiex jinkisbu vantaġġi kbar għar-residenti fejn il-problema tal-istorbju hija intiża li tonqos b’mod drastiku. Apparti dan il-Ministru Herrera tenna kif parti mill-proġett ser ikunu qiegħdin jiġu inklużi sistemi ta’ filtrazzjoni tal-arja biex b’hekk anka minn dan l-aspett ir-residenti jkunu moħħhom aktar mistriħ.

    Iż-żona ta’ riġenerazzjoni ppjanata tlaħħaq madwar 13,000 m2 u ġa la darba jitlesta’ l-proġett, ser inkunu qed ngħaqdu it-tessut urban u l-ħajja tal-komunità Vendriża, wara li snin ilu, dawn ġew mifruda fiżikament, riżultat tal-proġett ta’ Regional Road, saħaq il-Ministru Herrera fil-preżenza tal-kunsilliera ta’ dan l-istess lokal.

    “Dan il-Gvern qed jaħdem favur l-ambjent bis-serjetà u sabiex jipprovdi spazji miftuħa għall-kwalità ta’ ħajja, dan għaliex nemmnu li l-familji tagħna ħaqqhom ħajja ta’ kwalità aħjar permezz ta’ ambjent aktar nadif,” tenna l-Ministru Herrera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0