Jordna li tunellati ta' skart tossiku jittieħed lura l-Kanada u jekk hemm bżonn jintrema fl-ibħra territorjali tal-pajjiż

  • Mej 22, 2019 18:04
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte ordna biex tunellati ta’ skart tossiku li ntrema fil-Filippini, jittiħed lura lejn il-Kanada. Dan kien ikkonfermat mill-kelliemi tiegħu, hekk kif il-kwistjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet teskala.

    Il-kelliemi għal Duterte wissa wkoll li jekk il-Gvern Kanadiż mhuwiex se jkun qed jaċċetta b’mod formali l-kunsija ta’ skart, allura dan se jkun qed jintrema f’ibħra territorjali Kanadiżi. L-iskart tossiku huwa maħżun f’għexieren ta’ kontejners li kumpanija Kanadiża kienet bagħtet lejn il-Filippini bejn l-2013 u l-2014. L-għan primarju kien li l-iskart jiġi riċiklat, madankollu n-natura tal-iskart jipprojbixxi dan.

    Il-Kanada min-naħa tagħha qablet li tieħu lura l-għexieren ta’ kontejners mimlijin bi skart tossiku madankollu naqset milli tindika żmien meta se tkun qed tagħmel dan.

    Ir-relazzjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi diġà kienet eskalat wara li l-Prim Ministru Kanadaiż Justin Trudeau kien staqsa dwar il-leġittimità tal-azzjonijiet ta’ Duterte biex irażżan il-problema tad-droga fil-pajjiż. Sa mill-2016 il-pulizija Filippina qatlet lil aktar min 5,300 traffikant u persuni bil-vizzju tad-droga.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0