Oqgħod attent fejn tgħum f’San Ġiljan … Rapportat żbroff ta’ drenaġġ

  • Mej 22, 2019 19:35
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża li minħabba li hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona f’San Giljan – faċċata ta’ Triq Wilġa, bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l- inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. 

    Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:00 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat email fuqmhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab fil-Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0