ASMK: Il-Ħadd Glenn Borg se jieħu sehem f’Santa Pod

  • Mej 23, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar il-Ħadd li ġej, 26 ta’ Mejju, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tkompli b’tiġrija Autocross mil-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2018-2019 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti.

    Din se tkun id-disa’ attivitá minn 12 tal-istaġun, u se ssir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali, li tibda f’12.00 pm.

    Matul tmiem il-ġimgħa Glenn Borg se jkun impenjat f’‘Santa Pod’ fl-Ingilterra fejn se jkun qed jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropej tad-Drag Racing bil-mutur Suzuki Hyabusa.

    Bħalissa Borg jinsab l-Ingilterra biex jagħmel il-preparamenti meħtiega biex minn għada l-Ġimgha jidħol fl-azzjoni bl-ewwel provi tiegħu waqt li s-Sibt u l-Ħadd ikun qed jagħmel il-ħinijiet uffiċjali. L-As­soċjazzjoni ASMK tawgura kull suċċess lil Borg.

    Intant nhar il-Ħadd li għadda, 19 ta’ Mej­ju, is-Sezzjoni Motocross tal-Għaqda organizzat is-sitt attivitá mill-Kampjonat Naz­zjonali Honda Motocross 2018/2019.

    Għal din l-attivitá irreġistraw 26 mutur fejn għall-ewwel darba f’dan l-istaġun kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ tliet Taljani li ġew apposta biex jieħdu sehem fiha.

    Matul il-ġurnata kien hemm din is-sitwaz­zjoni. Fil-Motocross Klassi A, Kyle Camilleri fuq mutur KTM, għal darb’oħra ddomina l-klassi fejn irreġistra rebħa oħra f’dan l-istaġun u kien segwit minn Bernard Sammut fuq mutur Beta.

    Fil-Motocross Klassi B kien hemm numru kbir ta’ riders tant li fuq il-linja tat-tluq ħadu posthom 13-il mutur. Fl-ewwel tiġrija Daniel Caruana fuq mutur Honda rebaħ it-tigrija segwit minn Garry Debono fuq mutur KTM u Krist Falzon fuq mutur Husqvarna.

    Fit-tieni tiġrija Caruana waqa’ fil-bidu tagħha u dawk preżenti komplew jaraw lil Debono jillidja tant li finalment rebaħ it-tiġrija kif ukoll il-Klassi B.

    Debono kien segwit minn Ryan Faenza fuq mutur Yamaha u mir-rider Għawdxi, Jorn Stellini, fuq mutur KTM.

    It-tliet Taljani li ħadu sehem fi Klassi B kienu Vincenzo Barone fuq mutur Kawasaki, Emanuele Bongiovanni fuq mutur Suzuki u Fabio Galota fuq mutur Kawasaki.

    Minkejja li din hija l-ewwel esperjenza tagħhom f’Malta, Galota spiċċa fil-ħames post, Bongiovanni spiċċa fis-seba’ post filwaqt li Barone spiċċa fl-10 post.

    Fit-tmiem tal-attivitá l-Assoċjazzjoni ppre­żentatilhom tifkira kull wieħed tal-par­teċipazzjoni tagħhom f’Malta.

    Fil-Klassi Motocross Veterans kien hemm taqtiegħa bejn ħames riders, il-veteran Carmelo Borg fuq mutur Suzuki ddomina din il-klassi u rebaħ fil-ġurnata segwit minn Paul Deguara fuq mutur KTM. Fit-tielet post daħal William Sant fuq mutur Honda.

    Intant attivitá oħra mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2018/19 mistennija ssir fit-2 ta’ Ġunju li tibda fl-10.00 am.

    L-Assoċjazzjoni għadha kemm ħabbret zewġ dati importanti.  L-aħħar attivitá tal-Kampjonat Autocross 2018/2019 se ssir nhar is-Sibt, 13 ta’ Lulju. L-attivitá tiġi fit-tmiem tagħha bil-Van Demolition Derby 2019.

    Data oħra għal attivitá ferm mitluba li terġa’ ssir se tkun il-‘Ladies Demolition Derby’ iddedikata għall-kompetituri nisa biss. Il-Kumitat Ezekuttiv ASMK iddeċieda li jiftah l-istagun 2019/2020 bl-ewwel attivitá li mistennija ssir nhar il-Hadd, 27 ta’ Ottu­bru.

    Il-programm tal-ġurnata jagħlaq bit-tieni edizzjoni tal-‘Ladies Demolition Derby’ 2019.

    Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.

    Wieħed jista’ jagħmel kuntatt ukoll bl-email info@asmk.org.mt jew Mobile 9942 5489.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0