Is-suldat li kien tkeċċa: 20 charge militari, 2 każijiet il-Qorti u 2 twissijiet uffiċjali

  • Mej 23, 2019 10:40
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif fl-aħħar jiem saru xi kummenti mill-eks suldat Godwin Schembri, allegatament qed isir magħruf li dan ma tkeċċiex minħabba filmat li xxandar imma minħabba li allegatament dan kellu 20 charge militari, 2 każijiet il-Qorti u anke żewġ twissijiet uffiċjali. Wieħed miċ-Charges, allegatament hu dwar ħidma mal-immigrant, fejn fiċ-Charge allegatament jingħad li mbotta immigrant.

    Dan is-sit hu infurmat li allegatament wieħed miċ-Charges li kien inħareġ kontra l-Schembri kien jgħid hekk: “għemil għad-detriment tal-bon ordni tad-dixxiplina millitari kontra l-Artikolu  74 ta’ l-Att ta 1970 dwar il-Forzi Armati ta' Malta. Billi huwa fuq l-ajruplan ta' l-Air Malta fl-ajruport tal-Kajr 182120 AFEB06 waqt li konna qegħdin inniżżlu lill-immigranti illegali minn fuq l ajruplan, 86920Gnr Vella kien qiegħed jiġbed video bil-camera personali, 86854 Gnr Schembri qal lil 20 Gnr Vella "iġbed fuqi nagħtih daqqa". F'dak il-waqt 54 Gnr Schembri imbotta lill-emigrant u kien anki mwaqqaf minn Ispettur  Zarb.”  Allegatament, hu instab ħati u weħel multa. 

    Intant wara dak li gie zvelat fejn gie kkonfermat minn Rikors li tressaq il-Qorti mill-Kap Kmandant tal-Armata, il-Brigadier Jeffrey Curmi, li l-eks membru Godwin Schembri ma tkeċċiex mill-Armata sempliċiment minħabba filmat li tefa’, iktar sorsi għamlu kuntatt ma’ din il-kamra tal-ahbarijiet.

    Dawn is-sorsi fi ħdan l-Armata, li minnhom hemm nies li ħadmu fil-viċin ma’ Godwin Schembri, żvelaw li kienu anzi sorpriżi li l-istess Schembri ma tkeċċiex ferm qabel. Dan għal fatt li skont huma,  il-karattru u l-imġieba ta’ Schembri tul il-karriera tiegħu allegatament ma kienu xejn meritevoli ghal suldat. Dan jikkontrasta ferm ma’ dak li deher f’dawn l-ahhar jiem fil-midja fejn it-tmexxija tal-Armata ġiet akkużata li użat double standards.

    L-istess sorsi qalulna li Schembri, matul il-karriera tieghu, allegatament għamel diversi offiżi militari li tagħhom dejjem instab ħati. Fost dawn hemm  sewqan ta’ vetturi b’mod perikoluż, ordnijiet lis-subordinati tiegħu sabiex jinġibidlu filmat jagħti daqqa lil immigrant, assenti minn fuq il-post tax-xogħol, nuqqas ta’ żamma sew tal-kit mogħti lilu mill-Armata, nuqqas ta’ ħarsien tal-ordnijiet standard tal-Armata, Insubordinazzjoni, parteċipazzjoni ma’ subordinati tiegħu f’imħatra sabiex iġieghlu kollega jibla’ ħanfusa, nuqqas ta’ ħarsien ta’ instruzzjonijiet maħruġa mill-Armata. 

    Dawn l-offiżi ma kienux iżolati, qalulna l-istess sorsi. Dan għall-fatt li  Schembri, matul il-karriera tiegħu fil-FAM, instab ukoll darbtejn ħati mill-Qrati ta’ Malta għal aġir imwettaq mhux waqt il-qadi ta’ dmirijietu fil-FAM. Fosthom hemm akkużi li ħebb għal xi persuni, użu ta’ pepper spray, u feriti ta’ natura ħafifa fuq individwi.

    Jidher ukoll li Schembri, fis-sena 2015, kien ġie uffiċjalment imwiddeb mis-superjuri tiegħu li l-imġieba tiegħu ma kinitx denja ta’ suldat in vista tal-offiżi militari numerużi li kien wettaq. Kien ġie uffiċjalment avżat li jekk ma jtejjibx l-aġir tiegħu, seta’ jiġi mkeċċi fl-interess tas-servizz.

    Minn naħa tiegħu Schembri fl-aħħar jiem kompla jkkummenta u għamel diversi mistoqsijiet fosthom għaliex ingħata l-kariga ta’ Drill Instructor jgħallem lill-ulied Maltin u jwassalhom għall-Passing Out. Għaliex serva lil pajjiżna barra minn xtutna ma’ Frontex?. Għaliex fl-2014 intagħżel biex ikun Drill Instructor tal-gwardja tal-President u li kull meta kienet tinqala’ xi ħaġa kbira fil-pajjiż kien ikun minn tal-ewwel li jiġi infurmat, bħal  fil-hijack u fl-2017 kien inkarigat biex iservi ta’ sigurtà pajżan biex jipproteġi lill-Prim Ministru u lil familtu.

    Hu qal ukoll li fl-2018 ġie nominat minn bord militari  rrakkomandat biex jilħaq Surġent jekk kemm il-darba jgħaddi mill-proċedura meħtieġa u li l-istess Schembri rnexxielu jikseb. Schembri żied jgħid dwar l-importanza ta’ ritratti li jservu ta’ evidenza biex isaħħaħ l-argument tiegħu. Schembri temm jgħid li dan kollu se jkun qiegħed joħroġ aħjar fil-Qorti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0