Il-Kanada se tneħħi l-iskart tossiku fil-Filippini sal-aħħar ta’ Ġunju

  • Mej 23, 2019 11:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gvern Kanadiż saħaq li se jkun qed jieħu lura tunellati ta’ skart tossiku li snin ilu kien intbagħat fil-Filippini. Dan wara li l-kwistjoni eskalat bir-relazzjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi tiddeterjora wara li l-President tal-Filippini Rodrigo Duterte ordna li l-Kanada tieħu lura immedjatament dan l-iskart tossiku.

    Fi stqarrija Catherine McKenna, il-Ministru għall-Ambjent u t-Tibdil tal-Klima, qalet li kumpanija Kanadiża ngħatat kuntratt biex iġġib lura dan l-iskart.

    Hija qalet li l-Kanda għandha għal qalbha r-relazzjoni mal-Filippini u f’dan l-aħħar żmien kienet qed taħdem mill-viċin mal-awtoritajiet Filippini bil-għan li jsibu soluzzjoni għall-kwistjoni.

    Il-kumpanija Bollore Logistics Canada se tkun qed tibda bil-preparamenti tagħha fil-jiem li ġejjin, bl-iskart mistenni li jitneħħa mill-Filippini sal-aħħar ta’ Ġunju. Il-Kanada se tkun qed tħallas għall-operazzjoni kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0