''Min jivvota lil PL jagħmel dnub'' - L-ex gay Matthew Grech

  • Mej 23, 2019 13:03
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex gay Matthew Grech kiteb fuq il-midja soċjali li vot għall-Partit Laburista huwa vot li bħal qisu jqabbad dwejjaq lil Kristu u għalhekk bħal qisu jagħmel dnub. Dan għaliex, skont dak li kiteb Grech, huma jridu jagħtu lin-nisa d-dritt li joqtlu t-tfal tagħhom li għadhom ma tweldux, huma legalizzaw żwieġ omosesswali u ippreżentaw il-morning after pill. Grech qal ukoll li huma ffastidjaw pubblikament individwi li telqu mill-istil ta' ħajja omosesswali, u hedduhom b'rapporti tal-ħabs u tal-pulizija. 

    Grech iżid jgħid li huma użaw il-kelma 'ugwaljanza' biex iqarrqu bil-popolazzjoni u jinfurzaw liġijiet perversi ġodda fil-pajjiż. 

    Grech kien magħruf bħala kontestant f’X Factor Malta fejn kien tkellem fuq it-twemmin li biddillu l-istil ta’ ħajja minn dik omosesswali. “Kull relazzjoni romantika jew sesswali bejn persuni tal-istess sess fil-kelma t'Alla hija meqjusa bħala dnub. L-aħbar it-tajba hija li kull min irid il-paċi t'Alla, għamel x'għamel, jista’ jagħraf lil Ġesù bħala l-iben t'Alla, jistqarr id-dnub tiegħu b'indiema sinċiera, u jagħżel li jagħmel lil Ġesù s-sid tal-ħajja tiegħu,” qal Grech.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0