Filmat: ''Pjan li l-għases kollha jiġu modernizzati u aktar sikuri''... Inawgurata l-Għassa taż-Żurrieq

  • Mej 23, 2019 14:14
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

     

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar inawguraw ix-xogħol ta’ rinovar li sar fl-Għassa taż-Żurrieq fejn ġew investiti aktar minn €50,000. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Sindku taż-Żurrieq Natius Farrugia. 

    Kif kienet l-għassa qabel, il-pulizija kellha biss spazju ristrett ħafna minn fejn ried isir kollox u ma kienx hemm lok fejn persuna tsta’ tiġi l-għassa u tagħmel rapport b’kunfidenzjalità. Issa b’dan ir-rinovar li sar, wieħed jista’ jagħmel rapport f’kamra waħdu u attrezzata għal dan il-għan. Dan filwaqt li sar ukoll xogħol ta’ rinovar li jikkonsisti f’tisbieħ tal-annexx li keinet qabel tintuża bħala parti mill-berġa u postijiet oħra f’din l-għassa.

    Din l-għassa hi mqassma fuq żewġ sulari u kull uffiċċju ġie mgħammar bl-arja kkundizzjonata. Barra minn hekk, sar ukoll xogħol biex il-post ikun aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. 

    Il-Kummissarju tal-Pulizija qal li din ir-rinovazzjoni kollha hi parti minn pjan ta’ immodernizzar li bħalissa għaddej fil-Korp tal-Pulizija. “Apparti li żdiedu diversi għodod u ħafna aktar vetturi, hemm pjan li l-għases kollha jiġu modernizzati u aktar sikuri,” qal il-Kummissarju tal-Pulizija.

    “S’issa saru diversi xogħlijiet bħal dawk tal-għassa ta’ Bormla, in-Naxxar, Ħaż-Żabbar, Birżebbuġa, Ħaż-Żebbuġ, San Pawl il-Baħar u l-Qawra. Fil-preżent għaddej xogħol simili fl-għases ta’ Raħal Ġdid, San Ġiljan, Marsalforn Għawdex u aktar riċenti beda x-xogħol fl-għassa tal-Pietà.”

    Min-naħa tiegħu, l-Ministru Farrugia semma kif apparti x-xogħol ta’ rinovar li qed isir f’diversi għases madwar il-pajjiż, se jkun hemm għases oħrajn ġodda li se jkunu qed jinfetħu fosthom dawk ta’ Wied il-Għajn u Marsaxlokk.

    Huwa tkellem ukoll dwar il-proġett pilota tal-community policing li qal li se jkun introdott fil-lokalità tal-Mellieħa bl-iskop li tipprevjeni l-kriminalità milli ssir. Qal li hemm il-ħsieb ukoll li dan il-kunċett jinxtered mal-pajjiż kollu. 

    Ritratti u Filmat: ALAN SALIBA

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0