FILMAT: ''Bżonn ta’ koalizzjoni progressiva fi ħdan il-Parlament Ewropew'' - Robert Micallef

  • Mej 23, 2019 15:38
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Din sejra tkun it-tieni darba li inti sejjer tikkontesta għall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista (id-darba l-oħra kienet fl-2004). Għalhiex ħassejt, jew x’ġiegħlek tħoss, li kellek tagħmel dan il-pass din is-sena?

    Iddeċidejt li nikkonesta għaliex, bħala pajjiż, irridu nassiguraw li aħna bħala pajjiż, għandna bżonn membri Ewroparlamentari li jantiċipaw minn qabel dawk it-tibdiliet leġislattivi li jkunu qegħdin jiġu diskussi fi ħdan il-Parlament Ewropew, u jkunu itkar proattivi milli reattivi. Jekk naraw li hemm xi ħaġa fuq ix-xefaq, nippruvaw naħdmu biex ninfluwenzawha fid-direzzjoni li tikkorispondi mal-interessi ta’ pajjiżna. Hemm bżonn li dan ix-xogħol leġislattiv isir waqt li dawn ikunu f’forma ta’ proposta.

    Irridu rappreżentanti fil-Parlament Ewropew li, b’mod attiv, meta jinqalgħu ċertu kwisjtonijiet importanti, jiddifendu l-interessi ta’ pajjiżna, u mhix jaħdmu kontrihom. Jiddispjaċini ħafna li matul dawn l-aħħar snin, rajt ċertu diskors fuq pajjiżna, fejn fost l-oħrjan smajt lil Membri Ewroparlamentari Nazzjonalisti jgħid li kkollassat is-saltna tad-dritt f’pajjiżna, meta mhxi il-każ. 

    Naħseb in-nies hemm barra jirrealizzwa li dan mhix diskors li, la jagħmel ġieħ lil min jgħidu, u lanqas sejjer jagħmel tajjeb fuq il-livell Ewropew lil pajjiżna, f’kuntest fejn kull kelma, bħalma tista tħalli l-ġid, tista tħalli d-deni. 

    X’inhuma l-ikbar sfidi li sejra tiffaċċja l-Unjoni Ewropeja fil-ħames snin li ġejjin?

    L-ideja tal-Ewropa, hemm min ma jirrikonoxxix kemm tħabtu missirjietna biex din l-idea saret realta. Kapaċi jieħdu kollox for granted, speċjalment issa li qegħdin naraw kif fl-Ewropa, hemm forzi tal-lemin estrem li qegħdin jattakkaw u jmajnu l-pedamenti tal-Unjoni Ewropeja. Aħna, lill-Ewropa irridu dejjem inħalluha aħjar milli ħallejniha. Waħda mill-affarijiet li rridu naraw hija li l-Unjoni Ewropea, il-ġid ikun iktar ugwali, u jkun hemm iktar ġustizzja soċjali. 

    Ripetutament, anke minn għaqdiet bħall-General Workers’ Union, kien mistħoqq il-bżonn li l-Unjoni Ewropeja ssaħħaħ il-pilastru soċjali tagħha, pilastru li matul dawn l-aħħar snin deher kemmxejn dgħajjef, jew ma ngħatax daqshekk prominenza daqs aspetti oħra. Taqbel ma’ dan is-sentiment? U jekk iva, kif?

    Is-Soċjalisti Ewropej qegħdin jaħdmu ħafna fuq l-idejal ta’ Ewropa Soċjali: Il-pedament tal-Ewropa ma jibqax biss il-kummerċ u n-negozju, iżda l-bażi soċjali għandha tkun waħda b’saħħitha. Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, jekk hux rilevanti mal-kundizzjonijeit tax-xogħol, is-sigurta soċjali, l-ugwaljanza u l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni… dawn huma kollha drittijiet importanti li s’issa, għad m’għandhomx ir-rikonoxximent legali suffiċenti fil-kuntest Ewropew. Nemmnu li fuq dan is-suġġett, għandna ħafna aktar fejn nimirħu u naħdmu.

    Dan id-diskors nistgħu nittraduċuh fuq livell Ewropew…

    Anke jekk, skont l-aħħar sondaġġi, jidher li l-Parlament Ewropew se jkun iktar mifrud minn qabel?

    Iva. Bħala Soċjalisit Ewropej, minflok naqdfu għal rasna, għanda nagħmlu alleanzi ma’ gruppi oħrajn li jaqsmu l-istess idejali bħalna, fosthom lejn il-Grupp tax-Xellug, u nistgħu noħolqu pontijiet ma’ partiti oħra. Jekk ma jirnexxielnix nibnu koalizzjoni ta’ din it-tip, jiena mbagħad nippreferi nibni koalizzjoni maċ-Ċentur Lemini, kif għandna llum, milli nitilfu l-maġġoranza ta’ bejnietna. L-agħar li jista jiġri huwa li n-naħa tax-xellug ma toħroġx b’saħħitha waqt l-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew, u flimkien ma jkollhomx maġġoranza minħabba xi żieda fin-naħa tal-lemin.

    Filmat: ALAN SALIBA

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0