Tliet siti f’Għawdex ser jiġu restawrati

  • Mej 23, 2019 18:13
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana inawgurat xogħol ta’ restawr li sar fuq niċċa storika li tinsab fi Triq Salvu Gambin fl-Għasri. Dan ir-restawr sar grazzi għall-fondi li ngħataw lill-Kunsill Lokali tal-Għasri taħt l-iskema tar-restawr intiża għall-kunsilli lokali Għawdxin.

    Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex għandu missjoni li jissalvagwardja u jippreserva l-wirt kulturali, arkitettoniku u storiku tal-gżira Għawdxija u kien għalekk li tnediet skema biex ċertu siti, li huma taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali jiġu restawrati. Il-Ministru Caruana qalet li skemi bħal dawn ikomplu jagħtu sostenn lill-kunsilli lokali biex jilħqu l-miri tagħhom, li jkomplu jsebbħu u jtejbu l-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

    Il-Ministru għal Għawdex enfasizzat il-bżonn li aktar siti jiġu restawrati u kien proprju għalhekk li nħarget it-tieni sejħa ta’ din l-iskema. Il-Ministru Caruana qalet li r-restawr u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali Għawdxi huma fuq quddiem fuq l-aġenda tal-Ministeru għal Għawdex. Għat-tieni sejħa applikaw sitt kunsilli lokali fejn tlieta minnhom kwalifikaw b’suċċess wara li laħqu r-rekwiżiti mitluba.

    Is-siti li ser jiġu restawrati huma:

    In-Niċċa tal-Patri – Ta’ Kerċem

    Din in-niċċa, maħsuba li saret għall-bidu tal-1800 u hi dedikata lill-Immakulata Konċizzjoni. Ma tantx insibu informazjoni fuq din in-niċċa pero hu maħsub li din saret minn Patri li kien joqgħod fl-inħawi u li minħabba f’hekk, ħadet l-isema tan-Niċċa tal-Patri. Din in-niċċa tinsab fil-kantuniera bejn Triq Santa Luċija u Triq Qasam San Pawl f’Ta’ Kerċem. 

    Ix-xelter tat-Tieni Gwerra Dinija – Munxar

    Dan ix-xelter b’tul ta’ 25 metru, li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Munxar, sar mill-ħaddiema tal-Public Works Division fis-sena 1942 taħt is-superviżjoni tal-Perit Gużeppi Savona. L-ispiża totali ta’ dan ix-xelter kienet ta’ £672. 

    L-istatwa ta’ San Ġużepp – Qala

    Oriġinarjament, din l-istatwa ta’ San Ġużepp kinet tinsab f’post ieħor magħruf bħala l-Menħir tal-Qala u damet hemm sa qabel it-Tieni Gwerra Dinija. Preżentament, din l-istatwa tinsab fuq pedestall magħmul mill-ġebla Maltija fi Pjazza Repubblika wara li f’din l-istess pjazza kien sar xogħol ta’ tisbiħ lura fis-sena 1999.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0